This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CJ0192
Judgment of the Court (Seventh Chamber) of 26 January 2012. # European Commission v Republic of Poland. # Failure of a Member State to fulfil obligations - Directive 2009/147/EC - Conservation of wild birds - Scope of the system of protection - Derogations from the prohibitions laid down by the directive. # Case C-192/11.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tas-26 ta' Jannar 2012.
Il-Kummissjoni Ewropea vs ir-Repubblika tal-Polonja.
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2009/147/KE - Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi - Portata tas-sistema ta' protezzjoni - Derogi mill-projbizzjonijiet previsti mid-Direttiva.
Kawża C-192/11.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tas-26 ta' Jannar 2012.
Il-Kummissjoni Ewropea vs ir-Repubblika tal-Polonja.
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2009/147/KE - Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi - Portata tas-sistema ta' protezzjoni - Derogi mill-projbizzjonijiet previsti mid-Direttiva.
Kawża C-192/11.
Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2012:44
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-26 ta’ Jannar 2012 — Il‑Kummissjoni vs Il-Polonja
(Kawża C-192/11)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2009/147/KE — Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi — Portata tas-sistema ta’ protezzjoni — Derogi mill-projbizzjonijiet previsti mid-Direttiva”
1. Ambjent — Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi — Direttiva 2009/147 — Kamp ta’ applikazzjoni — Speċi ta’ għasafar selvaġġi li jinsabu fin-natura fit-territorju Ewropew tal-Unjoni — Neċessità ta’ protezzjoni sħiħa u effettiva (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/147, Artikolu 1) (ara l-punti 23-25)
2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja — Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni — Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punti 27, 42)
3. Atti tal-istituzzjonijiet — Direttivi — Implementazzjoni mill-Istati Membri — Implementazzjoni permezz ta’ prassi amministrattiva — Insuffiċjenza (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/147) (ara l-punt 48)
4. Ambjent — Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi — Direttiva 2009/147 — Traspożizzjoni mingħajr azzjoni leġiżlattiva — Limiti — Ġestjoni ta’ wirt komuni — Neċessità ta’ traspożizzjoni preċiża mill-Istati Membri (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/147) (ara l-punti 56-58)
5. Ambjent — Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi — Direttiva 2009/147 — Implementazzjoni mill-Istati Membri — Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ derogi mill-projbizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/147, Artikolu 9) (ara l-punti 72, 73, 75, 78)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 1, 5, u 9(1) u (2) tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, p. 7) — Kamp ta’ applikazzjoni — Restrizzjoni tal-protezzjoni għal dawk l-ispeċi ta’ għasafar li jgħixu fit-territorju nazzjonali biss — Definizzjoni żbaljata tal-kundizzjonijiet għal deroga mill-projbizzjonijiet previsti mid-Direttiva. |
Dispożittiv
1) |
Billi ma applikatx il-miżuri nazzjonali ta’ konservazzjoni għall-ispeċi kollha tal-għasafar li jinsabu fin-natura fit-territorju Ewropew tal-Istati Membri u li jibbenefikaw minn protezzjoni taħt id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi u billi ma ddefinixxietx b’mod korrett il-kundizzjonijiet li għandhom jitħarsu sabiex issir deroga mill-projbizzjonijiet previsti minn din id-direttiva, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 1, 5 u 9(1) u (2) tal-imsemmija direttiva. |
2) |
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż. |