Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0440

    Kawża C-440/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 11 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Stichting Administratiekantoor Portielje, Gosselin Group NV (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Artikolu 81 KE u Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Suq tas-servizzi ta’ ġarr internazzjonali fil-Belġju — Iffissar dirett u indirett tal-prezzijiet, tqassim tas-suq u manipulazzjoni tal-proċeduri ta’ sejħa għal offerti — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur lill-korp li jikkontrolla l-azzjonijiet — Kunċett ta’ “impriża” — Preżunzjoni tal-eżistenza effettiva ta’ influwenza determinanti — Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan — Linji gwida dwar l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri — Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi (2006) — Ċirkustanzi attenwanti)

    ĠU C 252, 31.8.2013, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.8.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 252/9


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Stichting Administratiekantoor Portielje, Gosselin Group NV

    (Kawża C-440/11 P) (1)

    (Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikolu 81 KE u Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Suq tas-servizzi ta’ ġarr internazzjonali fil-Belġju - Iffissar dirett u indirett tal-prezzijiet, tqassim tas-suq u manipulazzjoni tal-proċeduri ta’ sejħa għal offerti - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur lill-korp li jikkontrolla l-azzjonijiet - Kunċett ta’ “impriża” - Preżunzjoni tal-eżistenza effettiva ta’ influwenza determinanti - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Linji gwida dwar l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri - Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi (2006) - Ċirkustanzi attenwanti)

    2013/C 252/13

    Lingwa tal-proċedura: l-Olandiż

    Partijiet

    Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, S. Noë u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Stichting Administratiekantoor Portielje (rappreżentanti: D. Van hove, F. Wijckmans, S. De Keer u H. Burez, avuakti), Gosselin Group NV

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tas-16 ta’ Ġunju 2011, Gosselin Group u Stichting Administratiekantoor Portielje vs Il-Kummissjoni (T-208/08 u T-209/08) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali, fil-Kawża T-208/08, annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 926 finali, tal-11 ta’ Marzu 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.543 — Servizzi ta’ ġarr internazzjonali), sa fejn tikkonstata li Gosselin Group NV ipparteċipat fil-ksur tal-Artikolu 81(1) KE matul il-perijodu bejn it-30 ta’ Ottubru 1993 u l-14 ta’ Novembru 1996 u, fil-Kawża T-209/08, annullat id-Deċiżjoni C(2008) 926, kif emendata bid-Deċiżjoni C(2009) 5810, sa fejn tikkonċerna lil Stichting Administratiekantoor Portielje

    Dispożittiv

    (1)

    Il-punti 4 u 6 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Ġunju 2011, Gosselin Group u Stichting Administratiekantoor Portielje vs Il Kummissjoni (T-208/08 u T-209/08), huma annullati.

    (2)

    Ir-rikors ta’ Stichting Administratiekantoor Portielje fil-Kawża T-209/08 huwa miċħud.

    (3)

    Stichting Administratiekantoor Portielje hija kkundannata għall-ispejjeż kemm tal-proċeduri fl-ewwel istanza fil-Kawża T-209/08, kif ukoll għal dawk tal-appell.


    (1)  ĠU C 331, 12.11.2011.


    Top