Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0309

    Kawża C-309/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 26 ta’ Settembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Tassazzjoni — VAT — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 306 sa 310 — Skema partikolari għall-aġenziji tal-ivvjaġġar — Diverġenzi bejn verżjonijiet lingwistiċi — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-applikazzjoni tal-iskema partikolari għal persuni li ma humiex il-vjaġġaturi — Kunċetti ta’ “vjaġġatur” u ta’ “klijent” )

    ĠU C 344, 23.11.2013, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.11.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 344/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Settembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

    (Kawża C-309/11) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 306 sa 310 - Skema partikolari għall-aġenziji tal-ivvjaġġar - Diverġenzi bejn verżjonijiet lingwistiċi - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-applikazzjoni tal-iskema partikolari għal persuni li ma humiex il-vjaġġaturi - Kunċetti ta’ “vjaġġatur” u ta’ “klijent”)

    2013/C 344/11

    Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lozano Palacios u I. Koskinen, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent)

    Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u T. Müller kif ukoll J. Očková, aġenti), Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E.-M. Mamouna, aġent), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: S. Centeno Huerta, aġent), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J.-S. Pilczer, aġenti), Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: A. Kraińska u A. Kramarczyk kif ukoll M. Szpunar u B. Majczyna, aġenti)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-applikazzjoni tal-iskema partikolari ta’ tassazzjoni tal-aġenziji tal-ivvjaġġar fuq it-tranżazzjonijiet magħmula minnhom favur benefiċjarji li ma humiex il-vjaġġaturi

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mir-Repubblika tal-Finlandja.

    (3)

    Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 252, 27.8.2011.


    Top