Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0283

    Kawża C-283/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat- 22 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundeskommunikationssenat — l-Awstrija) — Sky Österreich GmbH vs Österreichischer Rundfunk (Direttiva 2010/13/UE — Provvista ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva — Artikolu 15(6) — Validità — Avvenimenti ta’ interess pubbliku qawwi li jkunu s-suġġett ta’ drittijiet esklużivi ta’ xandir bit-televiżjoni — Dritt ta’ aċċess tax-xandara bit-televiżjoni għal tali avvenimenti bil-għan li jwettqu rapporti ta’ aħbarijiet fil-qosor — Limitazzjoni tal-eventwali kumpens finanzjarju tal-proprjetarju tad-dritt esklużiv għall-ispejjeż addizzjonali sostnuti sabiex jingħata dan l-aċċess — Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikoli 16 u 17 — Proporzjonalità)

    ĠU C 71, 9.3.2013, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 71/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundeskommunikationssenat — l-Awstrija) — Sky Österreich GmbH vs Österreichischer Rundfunk

    (Kawża C-283/11) (1)

    (Direttiva 2010/13/UE - Provvista ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva - Artikolu 15(6) - Validità - Avvenimenti ta’ interess pubbliku qawwi li jkunu s-suġġett ta’ drittijiet esklużivi ta’ xandir bit-televiżjoni - Dritt ta’ aċċess tax-xandara bit-televiżjoni għal tali avvenimenti bil-għan li jwettqu rapporti ta’ aħbarijiet fil-qosor - Limitazzjoni tal-eventwali kumpens finanzjarju tal-proprjetarju tad-dritt esklużiv għall-ispejjeż addizzjonali sostnuti sabiex jingħata dan l-aċċess - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 16 u 17 - Proporzjonalità)

    2013/C 71/05

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundeskommunikationssenat

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Sky Österreich GmbH

    Konvenut: Österreichischer Rundfunk

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundeskommunikationssenat — Kompatibbiltà tal-Artikolu 15(6) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Marzu 2010, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (ĠU L 95, p. 1) mal-libertà tan-negozju u mad-dritt għall-proprjetà kif iggarantiti fl-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fl-Artikolu 1 tal-protokoll addizzjonali tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali — Dritt għal kull xandar bit-televiżjoni li jibbenefika, bil-għan li jwettaq rapporti tal-aħbarijiet fil-qosor, minn aċċess għal avvenimenti ta’ interess pubbliku qawwi li huma trażmessi fuq bażi esklużiva — Limitazzjoni tal-eventwali kumpens finanzjarju għall-ispejjeż addizzjonali sostnuti sabiex jingħata dan l-aċċess — Proporzjonalità

    Dispożittiv

    Mill-eżami tad-domanda preliminari magħmula ma rriżulta l-ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikolu 15(6) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Marzu 2010, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-“Servizzi tal-Media awdjoviżiva”).


    (1)  ĠU C 269, 10.09.2011.


    Top