Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0258

    Kawża C-258/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 11 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court — l-Irlanda) — Peter Sweetman et vs An Bord Pleanala (Ambjent — Direttiva 92/43/KEE — Artikolu 6 — Konservazzjoni tal-habitats naturali — Żoni speċjali ta’ konservazzjoni — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit protett — Kriterji li għandhom jiġu applikati fl-evalwazzjoni tal-probabbiltà li tali pjan jew proġett jaffettwa ħażin l-integrità tas-sit ikkonċernat — Sit ta’ Lough Corrib — Proġett ta’ triq N6 madwar il-belt ta’ Galway)

    ĠU C 156, 1.6.2013, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 156/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court — l-Irlanda) — Peter Sweetman et vs An Bord Pleanala

    (Kawża C-258/11) (1)

    (Ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Artikolu 6 - Konservazzjoni tal-habitats naturali - Żoni speċjali ta’ konservazzjoni - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit protett - Kriterji li għandhom jiġu applikati fl-evalwazzjoni tal-probabbiltà li tali pjan jew proġett jaffettwa ħażin l-integrità tas-sit ikkonċernat - Sit ta’ Lough Corrib - Proġett ta’ triq N6 madwar il-belt ta’ Galway)

    2013/C 156/06

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Supreme Court

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Peter Sweetman, Ireland, Attorney General, Minister for the Environment, Heritage and Local Government

    Konvenut: An Bord Pleanala

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Supreme Court, Ireland — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102) — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit protett — Kriterji li għandhom jiġu applikati fl-evalwazzjoni tal-probabbiltà li tali pjan jew proġett jaffettwa ħażin l-integrità tas-sit ikkonċernat — Konsegwenzi tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni — Kostruzzjoni ta’ triq li r-rotta tagħha tgħaddi minn żona proposta bħala żona speċjali ta’ konservazzjoni

    Dispożittiv

    L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, għandu jiġi interpretat fis-sens li pjan jew proġett li ma huwiex marbut direttament jew li ma huwiex neċessarju għall-ġestjoni tas-sit għandu jaffettwa ħażin l-integrità ta’ dan is-sit jekk x’aktarx jipprekludi ż-żamma fit-tul tal-karatteristiċi kostituttivi tas-sit ikkonċernat, marbuta mal-preżenza ta’ habitat naturali ta’ prijorità li l-għan ta’ konservazzjoni tiegħu ġġustifika t-tniżżil ta’ dan is-sit fil-lista tas-siti ta’ importanza għall-Komunità, fis-sens ta’ din id-direttiva. Għall-finijiet ta’ din l-evalwazzjoni għandu jiġi applikat il-prinċipju ta’ prekawzjoni.


    (1)  ĠU C 226, 30.07.2011


    Top