Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0077

Kawża C-77/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tas- 17 ta’ Settembru 2013 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Il-Parlament Ewropew (Rikors għal annullament — Adozzjoni definittiva tal-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena 2011 — Att tal-President tal-Parlament li jikkonstata din l-adozzjoni definittiva — Artikolu 314(9) TFUE — Stabbiliment mill-Parlament u l-Kunsill tal-baġit annwali tal-Unjoni — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 314 TFUE — Prinċipju ta’ ekwilibriju istituzzjonali — Prinċipju ta’ tqassim tas-setgħat — Dmir ta’ kooperazzjoni leali — Osservanza tal-forom proċedurali sostanzjali)

ĠU C 325, 9.11.2013, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tas-17 ta’ Settembru 2013 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża C-77/11) (1)

(Rikors għal annullament - Adozzjoni definittiva tal-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena 2011 - Att tal-President tal-Parlament li jikkonstata din l-adozzjoni definittiva - Artikolu 314(9) TFUE - Stabbiliment mill-Parlament u l-Kunsill tal-baġit annwali tal-Unjoni - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 314 TFUE - Prinċipju ta’ ekwilibriju istituzzjonali - Prinċipju ta’ tqassim tas-setgħat - Dmir ta’ kooperazzjoni leali - Osservanza tal-forom proċedurali sostanzjali)

2013/C 325/02

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Maganza u M. Vitsentzatos, aġenti)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Pennera u R. Passos, kif ukoll D. Gauci u R. Crowe, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)

Suġġett

Rikors għal annullament — Att tal-President tal-Parlament Ewropew, datat l-14 ta’ Diċembru 2010, li jistabbilixxi l-baġit annwali tal-Unjoni għas-sena 2011 — Għażla tal-bażi legali — Nuqqas ta’ konformità ta’ dan l-att atipiku mhux leġiżlattiv mall-proċedura tal-baġit ġdida stabbilita mit-TFUE — Nuqqas ta’ osservanza tal-bilanċ istituzzjonali — Ksur tal-prinċipju ta’ tqassim tas-setgħat u tad-dmir ta’ kooperazzjoni leali — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Żamma temporanja tal-effetti tal-baġit

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 120, 16.04.2011.


Top