EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0068

Kawża C-68/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad- 19 ta’ Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 1999/30/KE — Kontroll tat-tniġġis — Valuri limitu għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM 10 fl-arja ambjentali)

ĠU C 46, 16.2.2013, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-68/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 1999/30/KE - Kontroll tat-tniġġis - Valuri limitu għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ambjentali)

2013/C 46/04

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u S. Mortoni, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn S. Varone, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE, tat-22 ta’ April 1999, dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali (ĠU L Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 164) li sar l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, ĠU L 152, p. 1) — Qbiż tal-valuri ta’ limitu għall-partiċelli PM10 fl-arja ambjentali sa mis-sena 2005

Dispożittiv

(1)

Peress li ma żguratx li, għas-snin 2006 u 2007, il-konċentrazzjonijiet tal-PM10 fl-arja ambjentali ma jaqbżux il-valuri ta’ limitu stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE, tat-22 ta’ April 1999, dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali, fil-55 żona u agglomerazzjoni Taljana msemmija fl-ittra ta’ intimazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-2 ta’ Frar 2009, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-imsemmija dispożizzjoni.

(2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Taljana għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 145, 14.05.2011.


Top