Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0005

    Kawża C-5/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal- 21 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Proċeduri kriminali kontra Titus Alexander Jochen Donner (Moviment liberu tal-merkanzija — Proprjetà industrijali u kummerċjali — Bejgħ ta’ kopji ta’ xogħlijiet fi Stat Membru fejn id-drittijiet tal-awtur marbuta ma’ dawn ix-xogħlijiet ma humiex protetti — Trasport ta’ din il-merkanzija lejn Stat Membru ieħor fejn il-ksur tal-imsemmija drittijiet tal-awtur huwa ssanzjonat bid-dritt kriminali — Proċeduri kriminali kontra t-trasportatur għal kompliċità fid-distribuzzjoni illegali ta’ xogħol protett mid-drittijiet tal-awtur)

    ĠU C 250, 18.8.2012, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.8.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 250/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Proċeduri kriminali kontra Titus Alexander Jochen Donner

    (Kawża C-5/11) (1)

    (Moviment liberu tal-merkanzija - Proprjetà industrijali u kummerċjali - Bejgħ ta’ kopji ta’ xogħlijiet fi Stat Membru fejn id-drittijiet tal-awtur marbuta ma’ dawn ix-xogħlijiet ma humiex protetti - Trasport ta’ din il-merkanzija lejn Stat Membru ieħor fejn il-ksur tal-imsemmija drittijiet tal-awtur huwa ssanzjonat bid-dritt kriminali - Proċeduri kriminali kontra t-trasportatur għal kompliċità fid-distribuzzjoni illegali ta’ xogħol protett mid-drittijiet tal-awtur)

    2012/C 250/05

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

    Titus Alexander Jochen Donner

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikoli 34 u 36 TFUE — Moviment liberu tal-merkanzija — Proprjetà industrijali u kummerċjali — Bejgħ ta’ kopji ta’ xogħlijiet fi Stat Membru fejn id-drittijiet tal-awtur marbuta ma’ dawn ix-xogħlijiet ma humiex protetti — Trasport ta’ din il-merkanzija lejn Stat Membru ieħor fejn il-ksur tal-imsemmija drittijiet tal-awtur huwa ssanzjonat bid-dritt kriminali — Sitwazzjoni li fiha t-trasferiment ta’ proprjetà lix-xerrej ikun sar fl-Istat ta’ oriġini u t-trasferiment tas-setgħa de facto ta’ approprjazzjoni jseħħ fl-Istat ta’ destinazzjoni — Proċeduri kriminali kontra t-trasportatur għal kompliċità fid-distribuzzjoni pprojbita ta’ xogħol protett mid-drittijiet tal-awtur

    Dispożittiv

    Negozjant li jindirizza r-reklamar tiegħu lejn membri tal-pubbliku residenti fi Stat Membru speċifiku u li joħloq jew ipoġġi għad-dispożizzjoni tagħhom sistema ta’ kunsinna jew metodu ta’ ħlas speċifiċi, jew jippermetti li terz jagħmel dan, u għalhekk iqiegħed lill-imsemmija membri tal-pubbliku f’pożizzjoni li jistgħu jirċievu kunsinna ta’ riproduzzjonijiet ta’ xogħlijiet protetti minn drittijiet tal-awtur f’dak l-istess Stat Membru, joħloq, fl-Istat Membru fejn isseħħ il-kunsinna, “distribuzzjoni lill-pubbliku” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni.

    L-Artikoli 34 TFUE u 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux lil Stat Membru milli jaġixxi kontra persuna fuq akkuża ta’ kompliċità fid-distribuzzjoni mingħajr awtorizzazzjoni ta’ xogħlijiet protetti minn drittijiet tal-awtur skont id-dritt kriminali nazzjonali fil-każ fejn riproduzzjonijiet ta’ dawn ix-xogħlijiet jiġu ddistribwiti lill-pubbliku fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru fil-kuntest ta’ bejgħ, immirat speċifikament lejn il-pubbliku tal-imsemmi Stat, konkluż fi Stat Membru ieħor fejn dawn ix-xogħlijiet ma humiex protetti mid-drittijiet tal-awtur jew fejn il-protezzjoni li jibbenefikaw minnha ma tistax tiġi invokata b’mod utli kontra terzi.


    (1)  ĠU C 103, 02.04.2011


    Top