Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TO0344

    Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-4 taʼ Mejju 2012.
    UPS Europe NV/SA u United Parcel Service Deutschland Inc. & Co. OHG vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Għajnuna mill-Istat — Assenza taʼ deċiżjoni li tingħalaq il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Locus standi — Ammissibbiltà.
    Kawża T-344/10.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2012:216





    Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-4 taʼ Mejju 2012 — UPS Europe u United Parcel Service Deutschland vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-344/10)

    “Għajnuna mill-Istat — Assenza taʼ deċiżjoni li tingħalaq il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Locus standi — Ammissibbiltà”

    Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Astensjoni tal-Kummissjoni li tagħlaq proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna — Dritt ta’ azzjoni ta’ impriża kompetitriċi — Kundizzjoni — Impatt sostanzjali fuq il-pożizzjoni tagħha fis-suq (Artikolu 88(2) KE; ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 265, TFUE) (ara l-punti 34, 35, 42-44, 47-50, 55, 59, 60)

    Suġġett

    Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni intiż sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni, illegalment naqset milli tieħu deċiżjoni, f’terminu raġonevoli, fil-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE, li nbdiet fit-12 ta’ Settembru 2007, fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi favur Deutsche Post AG [għajnuna C 36/07 (ex NN 25/07)].

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    UPS Europe NV/SA u United Parcel Service Deutschland Inc. & Co. OHG għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    3)

    Deutsche Post AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

    Top