Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TO0084(01)

    Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-14 ta' Settembru 2011.
    Regione Puglia vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Rikors għal annullament - FEŻR - Deċiżjoni ta’ tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Entità reġjonali - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà.
    Kawża T-84/10.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2011:468





    Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Settembru 2011 – Regione Puglia vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-84/10)

    “Rikors għal annullament – FEŻR – Deċiżjoni ta’ tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Entità reġjonali – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”

    Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Interess dirett - Kriterji - Deċiżjoni tal-Kummissjoni, indirizzata lil Stat Membru, dwar it-tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u li tipprevedi r-rimbors parzjali tal-fondi mogħtija - Rikors ippreżentat minn entità reġjonali benefiċjarja tal-imsemmija għajnuna u li taġixxi bħala awtorità ta’ ġestjoni tal-fondi irċevuti - Assenza ta’ interess dirett - Inammissibbiltà - Effett tal-konsegwenzi finanzjarji tad-deċiżjoni fuq din l-entità reġjonali - Assenza ta’ effett (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 29, 30, 32-35, 37, 39-44, 48-53)

    Suġġett

    Talba għall-anullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10350, tat-22 ta’ Diċembru 2009, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) mogħti skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2000) 2349, tat-8 ta’ Awwissu 2000, li approvat il-programm operattiv POR Puglia, għall-perijodu 2000-2006, skont l-Obbjettiv Nru 1.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Ir-Regione Puglia għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

    Top