Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0397

    Kawża T-397/10: Rikors ippreżentat fit- 13 ta’ Settembru 2010 — ara vs UASI — Allrounder (Rappreżentazzjoni ta’ żarbuna tal-isports bl-ittra A fil-ġenb)

    ĠU C 301, 6.11.2010, p. 51–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 301/51


    Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2010 — ara vs UASI — Allrounder (Rappreżentazzjoni ta’ żarbuna tal-isports bl-ittra A fil-ġenb)

    (Kawża T-397/10)

    ()

    2010/C 301/82

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: ara AG (Langenfeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Gail, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Allrounder SARL (Sarrebourg, Franza)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-23 ta’ Ġunju 2010, fil-Każ R 1543/2009-1;

    tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Allrounder SARL.

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tirrappreżenta żarbuna tal-isports bl-ittra “A” fil-ġenb, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 18 u 25.

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali nazzjonali “A” għal prodotti fil-klassijiet 9, 18 u 25.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud bħala inammissibbli

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) peress li l-Bord tal-Appell ipproċeda b’mod żbaljat meta bbaża ruħu fuq il-fatt li l-organizzazzjoni tal-uffiċċju kif deskritta mir-rappreżentanti ma pprovatx li kienet intużat id-diliġenza kollha meħtieġa f’dawn iċ-ċirkustanzi, u għalhekk il-Bord tal-Appell ċaħad l-applikazzjoni għal restitutio in integrum fir-rigward tat-terminu għall-preżentata ta’ aggravji.


    (1)  Regolament tal Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas 26 ta’ Frar 2009, dwar it trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


    Top