Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0249

    Kawża T-249/10: Rikors ippreżentat fil- 31 ta’ Mejju 2010 — Kitzinger vs UASI — Mitteldeutscher Rundfunk, Zweites Deutsches Fernsehen (KICO)

    ĠU C 209, 31.7.2010, p. 49–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 209/49


    Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2010 — Kitzinger vs UASI — Mitteldeutscher Rundfunk, Zweites Deutsches Fernsehen (KICO)

    (Kawża T-249/10)

    ()

    2010/C 209/74

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Kitzinger & Co. (GmbH & Co. KG) (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Kitzinger, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mitteldeutscher Rundfunk (korp tad-dritt pubbliku) (Leipzig, il-Ġermanja), Zweites Deutsches Fernsehen (korp tad-dritt pubbliku) (Mainz, il-Ġermanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tibdel id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-25 ta’ Marzu 2010, fil-Każ R 1388/2008 b’tali mod li d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tat-28 ta’ Lulju 2008 dwar l-oppożizzjoni Nru B 1 133 612 tiġi annullata u l-oppożizzjoni tiġi miċħuda;

    sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta’ Marzu 2010 fil-Każ R 1388/2008-4;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kuluri blu u griż, li tinkludi l-element verbali “KICO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 36 u 39.

    Proprjetarji tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Mitteldeutscher Rundfunk (Anstalt des öffentlichen Rechts) u Zweites Deutsches Fernsehen (Anstalt des öffentlichen Rechts)

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Komunitarja “KIKA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 8, 9, 11, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 28, 29, 30, 32, 38 u 41 u t-trade mark figurattiva Ġermaniża bil-kuluri iswed u abjad li tinkludi l-element verbali “KIKA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 8, 9, 11, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 28, 29, 30, 32, 38, 41 u 42

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) għaliex ma teżisti l-ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja ( 78, p. 1).


    Top