Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0176

    Kawża T-176/10: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ April 2010 — Seven vs UASI — Seven for all mankind (SEVEN FOR ALL MANKIND)

    ĠU C 161, 19.6.2010, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.6.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 161/50


    Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2010 — Seven vs UASI — Seven for all mankind (SEVEN FOR ALL MANKIND)

    (Kawża T-176/10)

    (2010/C 161/80)

    Lingwa tar-rikors: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Seven SpA (Leinì, l-Italja) (rappreżentant: L. Trevisan, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Seven for all mankind LLC

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tat-28 ta’ Jannar 2010.

    tikkundanna lill-UASI sabiex, minbarra l-ispejjeż tagħha, tbati wkoll l-ispejjeż sostnuti minn SEVEN SPA f’din il-proċedura u f’dik quddiem il-Bord tal-Appell.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: SEVEN FOR ALL MANKIND LLC

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “SEVEN FOR ALL MANKIND” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 443 222) għal prodotti fil-klassijiet 14 u 18.

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: żewġ trade marks figurattivi Komunitarji (Nru 591 206 u Nru 3 489 234, għal prodotti fil-klassijiet 16, 18 u 25) u trade mark internazzjonali (Nru 731 654, għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 12, 14, 15, 16, 18, 20, 22, 25 u 28) li jinkludu l-element verbali “SEVEN”.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment.

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

    Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja.


    Top