Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TJ0169

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (is-Sitt Awla) tal-24 ta' Mejju 2012.
    Grupo Osborne, SA vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TORO XL - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti XL - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni.
    Kawża T-169/10.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2012:261





    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-24 ta̕ Mejju 2012 — Grupo Osborne vs UASI — Industria Licorera Quezalteca (TORO XL)

    (Kawża T-169/10)

    “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TORO XL — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti XL — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni”

    Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 20, 56-58)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Jannar 2012 (Każ R 223/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Industria Licorera Quezalteca, SA u Grupo Osborne, SA.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-22 ta’ Jannar 2012 (Każ R 223/2009-2), hija annullata.

    2)

    L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

    Top