EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TJ0074

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-Tielet Awla) tal-11 ta' Mejju 2011.
Flaco-Geräte GmbH vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FLACO - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FLACO - Raġuni relattiva għal rifjut - Identiċità tal-prodotti - Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Talba għall-prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti mressqa għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 u Regola 22 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95.
Kawża T-74/10.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2011:207





Sentenza tal-Qorti tal-Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Mejju 2011 – Flaco-Geräte vs UASI – Delgado Sánchez (FLACO)

(Kawża T‑74/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FLACO – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FLACO – Raġuni relattiva għal rifjut – Identiċità tal-prodotti – Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Talba għall-prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti mressqa għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell – Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 u Regola 22 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja preċedenti identika rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(a)) (ara l-punti 37, 48)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 37, 57)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Novembru 2009 (Każ R 86/2009 2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Jesus Delgado Sánchez u Flaco-Geräte GmbH.

Informazzjoni dwar il-kawża

Aplikant għat-trade mark Komunitarja:

Flaco-Geräte GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali FLACO għal prodotti fil-klassijiet 7 sa 9 u 11 – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 4108502

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Jesús Delgado Sánchez

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark Spanjola FLACO rreġistrata għal prodotti fil-klassi 7

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Flaco Geräte GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top