Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TB0153

    Kawża T-153/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 28 ta’ Frar 2012 — Schneider España de Informática vs Il-Kummissjoni ( “Unjoni doganali — Importazzjoni ta’ apparat għar-riċezzjoni tat-televiżjoni bil-kulur immuntat fit-Turkija — Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni — Talba għal nuqqas ta’ dħul fil-kontijiet a posteriori u għal maħfra tad-dazji — Artikolu 220(2)(b) u Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/91 — Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Kummissjoni — Annullament mill-qorti nazzjonali tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali li jordnaw id-dħul fil-kontijiet a posteriori tad-dazji — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )

    ĠU C 126, 28.4.2012, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.4.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 126/16


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2012 — Schneider España de Informática vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-153/10) (1)

    (Unjoni doganali - Importazzjoni ta’ apparat għar-riċezzjoni tat-televiżjoni bil-kulur immuntat fit-Turkija - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Talba għal nuqqas ta’ dħul fil-kontijiet a posteriori u għal maħfra tad-dazji - Artikolu 220(2)(b) u Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/91 - Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Kummissjoni - Annullament mill-qorti nazzjonali tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali li jordnaw id-dħul fil-kontijiet a posteriori tad-dazji - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    2012/C 126/33

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Schneider España de Informática, SA (Torrejón de Ardoz, Spanja) (rappreżentanti: P. De Baere u P. Muñiz, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u L. Bouyon, aġenti)

    Suġġett

    Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni COM (2010) 22 finali, tat-18 ta’ Jannar 2010, li tikkonstata li d-dħul fil-kontijiet a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni huwa ġġustifikat u li ma huwiex iġġustifikat li dawn id-dazji jinħafru f’każ partikolari (Każ REM 02/08).

    Dispożittiv

    (1)

    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

    (2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 148, 5.6.2010.


    Top