Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TB0116

    Kawża T-116/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — FEŻR — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Land Nordrhein-Westfalen — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Rikors manifestament fondat”)

    ĠU C 369, 30.10.2017, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.10.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 369/18


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-116/10) (1)

    ((“Rikors għal annullament - FEŻR - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Land Nordrhein-Westfalen - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni - Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali - Rikors manifestament fondat”))

    (2017/C 369/27)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment minn J. Möller, sussegwentement minn J. Möller u T. Henze, aġenti, assistiti minn U. Karpenstein, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann, B. Conte u A. Steiblytė, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10675, tat-23 ta’ Diċembru 2009, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) favur il-programm tal-Land Nordrhein-Westfalen dwar l-objettiv 2 (1997-1999) fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97) 1120, tas-7 ta’ Mejju 1997.

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10675, tat-23 ta’ Diċembru 2009, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) favur il-programm tal-Land Nordrhein-Westfalen dwar l-objettiv 2 (1997-1999) fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97) 1120, tas-7 ta’ Mejju 1997, hija annullata.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 134, 22.5.2010.


    Top