This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TB0021
Case T-21/10: Order of the General Court of 13 September 2017 — Germany v Commission (Action for annulment — ERDF — Reduction in financial aid — Failure to comply with the time limit for adoption of a decision — Infringement of essential procedural requirements — Action manifestly well founded)
Kawża T-21/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — FEŻR — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni — Ksur ta’ rekwiżiti formali essenzjali — Rikors manifestament fondat”)
Kawża T-21/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — FEŻR — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni — Ksur ta’ rekwiżiti formali essenzjali — Rikors manifestament fondat”)
ĠU C 392, 20.11.2017, p. 27–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 392/27 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-21/10) (1)
((“Rikors għal annullament - FEŻR - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni - Ksur ta’ rekwiżiti formali essenzjali - Rikors manifestament fondat”))
(2017/C 392/33)
Lingwa tal-kawża: il-Ġrermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment minn J. Möller, T. Henze u C. Blaschke, sussegwentement minn J. Möller u T. Henze, aġenti, assistiti minn C. von Donat, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann, B. Conte u A. Steiblytė, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 9049, tat-13 ta’ Novembru 2009, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), għad-Dokument ta’ programmar individwali (DOCUP) fir-reġjun Objettiv 2 tas-Saarland (1997-1999) fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, għajnuna mogħtija permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(97) 1123, tas-7 ta’ Mejju 1997.
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 9049, tat-13 ta’ Novembru 2009, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), għad-Dokument ta’ programmar individwali (DOCUP) fir-reġjun Objettiv 2 tas-Saarland (1997-1999) fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, għajnuna mogħtija permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97) 1123, tas-7 ta’ Mejju 1997, hija annullata. |
2) |
Il-Kummisjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |