Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0413

    Kawżi T-413/10 u T-414/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Socitrel vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing — Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Linji gwida dwar il-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Terminu raġonevoli”)

    ĠU C 302, 14.9.2015, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 302/37


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Socitrel vs Il-Kummissjoni

    (Kawżi T-413/10 u T-414/10) (1)

    ((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Linji gwida dwar il-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Terminu raġonevoli”))

    (2015/C 302/46)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Socitrel – Sociedade Industrial de Trefilaria, SA (Trofa, il-Portugall) (rappreżentanti: F. Proença de Carvalho u T. Faria, avukati) (Kawża T-413/10); u Companhia Previdente – Sociedade de Controle de Participações Financeiras, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: D. Proença de Carvalho u J. Caimoto Duarte, avukati) (Kawża T-414/10)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, P. Costa de Oliveira u V. Bottka, aġenti, assistiti minn M. Marques Mendes, avukat)

    Suġġett

    Talba għall-annullament u għall-bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269, finali, tal-4 ta’ April 2011.

    Dispożittiv

    1)

    Il-Kawżi T-413/10 u T-414/10 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

    2)

    Ir-rikorsi huma miċħuda.

    3)

    Socitrel – Sociedade Industrial de Trefilaria, SA et Companhia Previdente – Sociedade de Controle de Participações Financeiras, SA għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


    (1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


    Top