This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TA0412
Case T-412/10: Judgment of the General Court of 16 September 2013 — Roca v Commission (Competition — Agreements, decisions and concerted practices — Bathroom fittings and fixtures markets of Belgium, Germany, France, Italy, the Netherlands and Austria — Decision finding an infringement of Article 101 TFEU and Article 53 of the EEA Agreement — Coordination of price increases and exchange of sensitive business information — Attributability of the unlawful conduct — Fines — 2006 Guidelines on the method of setting fines — Gravity of the infringement — Mitigating circumstances — Economic crisis — 2002 Leniency Notice — Reduction of the fine — Significant added value)
Kawża T-412/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Settembru 2013 — Roca vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezz u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Multi — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Kriżi ekonomika — Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002 — Tnaqqis fl-ammont tal-multa — Valur miżjud sinjifikanti” )

Information about publishing Official Journal not found, p. 30–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Information about publishing Official Journal not found, p. 28–28
(HR)
9.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Roca vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-412/10) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezz u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Kriżi ekonomika - Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002 - Tnaqqis fl-ammont tal-multa - Valur miżjud sinjifikanti)
2013/C 325/50
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Roca (Saint Ouen L’Aumone, Franza) (rappreżentant: P. Vidal Martínez, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u F. Castilla Contreras, sussegwentement minn F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u F. Jimeno Fernández, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar il-Proċediment skont l-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji [għall-kmamar tal-banju]), u talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
(1) |
L-Artikolu 2(4)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar il-Proċediment skont l-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji [għall-kmamar tal-banju]), huwa annullat sa fejn il-Kummissjoni Ewropea ffissat l-ammont tal-multa imposta in solidum fuq Roca mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni l-kooperazzjoni tagħha. |
(2) |
L-ammont tal-multa imposta fuq Roca fl-Artikolu 2(4)(b) tad-deċiżjoni C(2010) 4185 finali huwa ta’ EUR 6 298 000. |
(3) |
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija. |
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, terz mill-ispejjeż ta’ Roca. |
(5) |
Roca għandha tbati żewġ terzi mill-ispejjeż tagħha. |