Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0123

    Kawża T-123/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 30 Novembru 2011 — Hartmann vs UASI (Complete) ( “Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Complete — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Natura deskrittiva — Raġuni — Prodotti li jikkostitwixxu grupp omoġenju — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

    ĠU C 25, 28.1.2012, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 25/49


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 Novembru 2011 — Hartmann vs UASI (Complete)

    (Kawża T-123/10) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Complete - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Natura deskrittiva - Raġuni - Prodotti li jikkostitwixxu grupp omoġenju - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

    (2012/C 25/93)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Paul Hartmann AG (Heidenheim an der Brenz, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Aicher, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment B. Schmidt, sussegwentement R. Manea u R.Pethke, aġenti)

    Suġġett

    Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Jannar 2010 (Każ R 601/2009-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Complete bħala trade mark Komunitarja.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-20 ta’ Jannar 2010 (Każ R 601/2009-4) hija annullata.

    (2)

    L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Paul Hartmann AG, inkluż l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn din tal-aħħar għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.


    (1)  ĠU C 134, 22.05.2010.


    Top