Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0072

    Kawża T-72/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas- 26 ta’ Ottubru 2011 — Intermark vs UASI — Natex International (NATY’S) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali NATY’S — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Naty — Raġuni assoluta għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tal-prodotti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Ċaħda parzjali tal-oppożizzjoni” )

    ĠU C 355, 3.12.2011, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 355/18


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2011 — Intermark vs UASI — Natex International (NATY’S)

    (Kawża T-72/10) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali NATY’S - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Naty - Raġuni assoluta għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ċaħda parzjali tal-oppożizzjoni)

    (2011/C 355/31)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Intermark Srl (Stei, ir-Rumanija) (rappreżentant: Á. László, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Mannucci, aġent)

    Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Natex International Trade SpA (Pioltello, l-Italja)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta’ Diċembru 2009 (Każ R 953/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Intermark Srl u Natex International Trade SpA.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Intermark Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 113, 01.05.2010


    Top