This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010FN0118
Case F-118/10: Action brought on 15 November 2010 — Psarras v ENISA
Kawża F-118/10: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Novembru 2010 — Psarras vs ENISA
Kawża F-118/10: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Novembru 2010 — Psarras vs ENISA
ĠU C 63, 26.2.2011, p. 34–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
26.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/34 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2010 — Psarras vs ENISA
(Kawża F-118/10)
2011/C 63/61
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Aristidis Psarras (Heraklion, il-Greċja) (rappreżentanti: E. Boigelot u S. Woog, avukati)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jitneħħa mill-kariga tiegħu ta’ kontabbli tal-Aġenzija u li tinħatar persuna oħra sabiex taqdi din il-kariga. Min-naħa l-oħra, talba sabiex ir-rikorrent jitħallas somma bħala kumpens għad-dannu subit minħabba l-atti kkontestati u minħabba l-fasatidju li huwa jallega li subixxa.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-ENISA, tas-7 ta’ Frar 2010, li r-rikorrent jitneħħa immedjatament mill-kariga tiegħu ta’ kontabbli tal-Aġenzija u li tinħatar persuna oħra fil-pożizzjoni ta’ kontabbli għal żmien indefinit; |
|
— |
jannulla, inkwantu att preparatorju, l-Anness 1 tad-deċiżjoni tas-7 ta’ Frar 2010 msemmija iktar ’il fuq, dan l-Anness 1 huwa l-proposta tad-Direttur Eżekuttiv tal-Bord ta’ Ġestjoni li l-kariga ta’ kontabbli tiġi assenjata b’mod permanenti lil persuna oħra u li r-rikorrent jitneħħa mill-kariga tiegħu ta’ kontabbli; |
|
— |
sa fejn ikun meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni, tal-1 ta’ Marzu 2010 adottata bħala konsegwenza ta’ dan mid-Direttur eżekuttiv, li r-rikorrent jiġi assenjat pożizzjoni ġdida skont l-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal; |
|
— |
bħala konsegwenza ta’ dawn l-annullamenti, jerġa jistabbilixxi lir-rikorrent fil-pożizzjoni ta’ kontabbli tal-Aġenzija; |
|
— |
jikkundanna lill-ENISA tħallas lir-rikorrent s-somma ta’EUR 10 000 bħala kumpens minn naħa, għad-dannu subit minħabba d-deċiżjonijiet ikkontestati u, min-naħa l-oħra, għad-danni morali subiti minħabba l-fastidju psikoloġiku li tiegħu huwa kien vittma, bla ħsara għal żieda matul il-proċedura; |
|
— |
tikkundanna lill-ENISA għall-ispejjeż. |