Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FN0049

    Kawża F-49/10: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Ġunju 2010 — De Nicola vs BEI

    ĠU C 221, 14.8.2010, p. 61–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.8.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 221/61


    Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2010 — De Nicola vs BEI

    (Kawża F-49/10)

    ()

    2010/C 221/98

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

    Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

    Suġġett

    L-annullament tad-deċiżjoni kkomunikata lir-rikorrent fil-11 ta’ Mejju 2010 sa fejn hija, essenzjalment, tostakola t-tentattiv ta’ ftehim bonarju tal-kawża billi tiċħad, b’mod impliċitu, it-talba għall-ħlas lura ta’ spiża medikali li tirrigwarda terapija bil-laser, u l-kundanna tal-konvenut sabiex iħallas lura lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 3 000, flimkien mal-interess u l-evalwazzjoni mill-ġdid monetarja fuq is-somom irrikonoxxuti.

    Talbiet tar-rikorrent

    tannulla d-deċiżjoni kkomunikata permezz ta’ posta elettronika tal-11 ta’ Mejju 2010;

    tikkundanna lill-BEI iħallas lura lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 3 000, għal terapija bil-laser imwettqa fl-2007, flimkien ma’ kumpens għad-dannu li jirriżulta mill-iżvalutazzjoni monetarja u interess fuq is-somom irrikonoxxuti;

    tikundanna lill-BEI għall-ispejjeż.


    Top