Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FB0106

    Kawża F-106/10: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal- 20 ta’ Ġunju 2011 — Gross et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja (Servizz pubbliku — Aġġustament annwali tar-remunerazzjonjiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u membri oħra tal-persunal — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    ĠU C 252, 27.8.2011, p. 55–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.8.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 252/55


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2011 — Gross et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

    (Kawża F-106/10) (1)

    (Servizz pubbliku - Aġġustament annwali tar-remunerazzjonjiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u membri oħra tal-persunal - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    2011/C 252/122

    Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ivo Gross (Lussemburgu, il-Lussemburgu) et (rappreżentant: J. Kayser, avukat)

    Konvenuta: Il-Qorti ta-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A.V. Placco, aġent)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet riprodotti fl-istqarrijiet ta’ regolarizzazzjoni tar-remunerazzjoni tar-rikorrenti għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u fl-istqarrijiet ta’ remunerazzjoni stabbiliti mill-1 ta’ Jannar 2010 fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u membri oħra tal-persunal abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat 23 ta’ Diċembru 2009.

    Dispożittiv

    (1)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors F-106/10, Gross et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja.

    (2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 72, 05.03.11, p. 34.


    Top