Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FA0004

    Kawża F-4/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat- 13 ta’ Settembru 2011 — Nastvogel vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Evalwazzjoni — Rapporti ta’ evalwazzjoni — Opinjoni tal-Kumitat tar-Rapporti — Deterjorament tal-evalwazzjonijiet analitiċi — Djalogu bejn il-persuna evalwata u l-evalwatur — Konsultazzjoni ta’ diversi superjuri ġerarkiċi — Għarfien tax-xogħol tal-persuna evalwata mit-tieni evalwatur — Motivazzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tal-leave tal-mard)

    ĠU C 362, 10.12.2011, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 362/22


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-13 ta’ Settembru 2011 — Nastvogel vs Il-Kunsill

    (Kawża F-4/10) (1)

    (Servizz pubbliku - Evalwazzjoni - Rapporti ta’ evalwazzjoni - Opinjoni tal-Kumitat tar-Rapporti - Deterjorament tal-evalwazzjonijiet analitiċi - Djalogu bejn il-persuna evalwata u l-evalwatur - Konsultazzjoni ta’ diversi superjuri ġerarkiċi - Għarfien tax-xogħol tal-persuna evalwata mit-tieni evalwatur - Motivazzjoni - Teħid inkunsiderazzjoni tal-leave tal-mard)

    2011/C 362/36

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Nastvogel (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill (rappreżentanti: M. Vitsentzatos u K. Zieleśkiewicz, aġenti)

    Suġġett

    Talba għal annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi r-rapport ta’ evalwazzjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2007.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ C. Nastvogel stabbilit għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2007 huwa annullat.

    (2)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż kollha.


    (1)  ĠU C 63, 13.03.2010, p. 54.


    Top