This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CN0545
Case C-545/10: Action brought on 23 November 2010 — European Commission v Czech Republic
Kawża C-545/10: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka
Kawża C-545/10: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka
ĠU C 38, 5.2.2011, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/5 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C-545/10)
2011/C 38/06
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Šimerdová, u H. Støvlbæk, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka
Talbiet
— |
tiddikjara li r-Repubblika Ċeka naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 4(1), 6(2), 7(3), 11 u 30(5) tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (1), |
— |
tiddikjara li r-Repubblika Ċeka naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 10(7) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (2), |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-Repubblika Ċeka kisret l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/14/KE meta stipulat rata massima tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura, liema rata ma tistax tinqabeż mill-amministratur tal-infrastruttura. Skont l-Artikolu 4(1) tal-istess Direttiva, huwa l-amministratur tal-infrastruttura li għandu jiddetermina l-piżijiet dovuti għall-użu tal-infrastruttura u li għandu jiġbor tali piżijiet. L-Istati Membri jistgħu jistabilixxu qafas għall-impożizzjoni ta’ piżijiet għall-użu tal-infrastruttura.
Ir-Repubblika Ċeka kisret l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2001/14/KE meta ma adottatx il-miżuri li fuq il-bażi tagħhom għandhom jingħataw inċentivi lill-amministraturi sabiex inaqqsu l-ispejjeż tal-provvista tal-infrastruttura u l-livell tal-piżijiet għall-aċċess.
Ir-Repubblika Ċeka kisret l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2001/14/KE peress li ma żguratx li l-piżijiet għall-pakkett minimu ta’ aċċess u għall-aċċess għas-servizzi tal-binarju jiġu stabbiliti skont l-ispiża marbuta direttament mal-provvista tas-servizz ferrovjarju.
Ir-Repubblika Ċeka kisret l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/14/KE peress li ma stabbilietx sistema li tinkoraġġixxi lill-impriżi ferrovjarji u lill-amministratur tal-infrastruttura sabiex inaqqsu kemm jista’ jkun it-tfixkil u sabiex itejbu l-prestazzjoni tan-netwerk ferrovjarju.
Ir-Repubblika Ċeka kisret l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2001/14/KE peress li din ma ġietx trasposta b’mod korrett fis-sistema legali tagħha.
Ir-Repubblika Ċeka kisret l-Artikolu 10(7) tad-Direttiva 91/440/KEE peress li ma żguratx li fir-Repubblika Ċeka jiġi stabbilit korp li jista’ jiġi kkunsidrat bħala korp skont l-imsemmi artikolu u li jaqdi funzjonijiet kif previsti f’tali dispożizzjoni.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404,
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 341.