This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CN0337
Case C-337/10: Reference for a preliminary ruling from the Verwaltungsgericht Frankfurt am Main (Germany) lodged on 7 July 2010 — Georg Neidel v Stadt Frankfurt am Main
Kawża C-337/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fis- 7 ta’ Lulju 2010 — Georg Neidel vs Stadt Frankfurt am Main
Kawża C-337/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fis- 7 ta’ Lulju 2010 — Georg Neidel vs Stadt Frankfurt am Main
ĠU C 301, 6.11.2010, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 301/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Lulju 2010 — Georg Neidel vs Stadt Frankfurt am Main
(Kawża C-337/10)
()
2010/C 301/05
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Frankfurt am Main
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Georg Neidel
Konvenuta: Stadt Frankfurt am Main
Domandi preliminari
(1) |
L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE (1) japplika wkoll għall-impjegati fis-servizz pubbliku? |
(2) |
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE jkopri wkoll l-intitolamenti għal-leave annwali meta d-dritt nazzjonali jipprovdi għal tali intitolament ta’ iktar minn erba’ ġimgħat? |
(3) |
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE japplika wkoll għall-intitolamenti għal-leave ta’ waqfien mix-xogħol, addizzjonali għal-leave annwali, mogħti taħt id-dritt nazzjonali bħala kumpens għal xogħol imwettaq fi ġranet ta’ vakanzi pubbliċi b’riżultat tad-distribuzzjoni irregolari tal-ħin tax-xogħol? |
(4) |
Impjegat fis-servizz pubbliku li jkun irtira jista’ jibbaża intitolament għal pagament bħala kumpens għal-leave annwali direttament fuq l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88/KE jekk kien prekluż milli jaħdem minħabba mard u għalhekk ma kienx f’pożizzjoni li jieħu leave fil-forma ta’ leave ta’ waqfien mix-xogħol? |
(5) |
Tali intitolament għal pagament bħala kumpens jista’ minn tal-inqas jiġi parzjalment prekluż minħabba d-dekadenza prematura tal-intitolament għal-leave stabbilita fid-dritt nazzjonali? |
(6) |
Il-portata tal-intitolament għal pagament bħala kumpens ibbażat fuq l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88/KE tkopri biss il-leave minimu ta’ erba’ ġimgħat iggarantit mill-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE, jew tkopri wkoll l-intitolamenti għal-leave addizzjonali previsti mid-dritt nazzjonali? Dawn l-intitolamenti għal-leave addizzjonali jinkludu wkoll intitolamenti għal-leave ta’ waqfien mix-xogħol li jirriżultaw biss minn distribuzzjoni partikolari tal-ħin tax-xogħol? |
(1) Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381)