This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CN0171
Case C-171/10: Reference for a preliminary ruling from the Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio lodged on 2 April 2010 — Andrea Sacripanti v Ministero dell’Interno
Kawża C-171/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio (l-Italja) fit- 2 ta’ April 2010 — Andrea Sacripanti vs Ministero dell’Interno
Kawża C-171/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio (l-Italja) fit- 2 ta’ April 2010 — Andrea Sacripanti vs Ministero dell’Interno
ĠU C 161, 19.6.2010, p. 32–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/32 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio (l-Italja) fit-2 ta’ April 2010 — Andrea Sacripanti vs Ministero dell’Interno
(Kawża C-171/10)
(2010/C 161/45)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Andrea Sacripanti
Konvenut: Ministero dell’Interno
Domandi preliminari
Leġiżlazzjoni nazzjonali (introdotta permezz tad-Digriet Bersani, Digriet-Liġi Nru 223 tal-4 ta’ Lulju 2006, li ġie implementat permezz tal-Liġi Nru 248 tal-4 ta’ Awwissu 2006) li tirregola “sistema nazzjonali […] li tipprovdi fost oħrajn:
(a) |
l-eżistenza ta’ qafas ġenerali ta’ protezzjoni tas-sidien ta’ konċessjonijiet maħruġa preċedentement u wara proċedura ta’ sejħa għal offerti li eskludiet parti mill-operaturi b’mod illegali; |
(b) |
il-preżenza ta’ dispożizzjonijiet li jiggarantixxu ż-żammade facto tal-pożizzjonijiet kummerċjali miksuba (bħal pereżempju l-projbizzjoni għall-konċessjonarji l-ġodda milli jistabbilixxu l-fergħat tagħhom ħdejn dawk diġà stabbiliti, mingħajr ma tiġi osservata distanza minima speċifika); |
(ċ) |
il-previżjoni ta’ ipoteżi ta’ dekadenza tal-konċessjoni fil-każ li l-konċessjonarju jopera direttament jew indirettament attivitajiet transkonfinali ta’ logħob li jkun l-istess bħal-logħob li huwa s-suġġett tal-konċessjoni”; |
hija kompatibbli mal-Artikoli 43 u 49 tat-Trattat KE?