Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0130

    Kawża C-130/10: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Marzu 2010 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    ĠU C 134, 22.5.2010, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 134/26


    Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2010 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    (Kawża C-130/10)

    2010/C 134/40

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Perillo, K. Bradley, A. Auersperger Matić, aġenti)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrent

    tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1286/2009 (1), tat-22 ta’ Diċembru 2009, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 881/2002 (2) li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban;

    tordna li l-effetti tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1286/2009 jinżammu fis-seħħ sakemm jiġi ssostitwit;

    tordna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1286/2009, tat-22 ta’ Diċembru 2009, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban huwa invalidu minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

    fir-rigward tal-għan u l-kontenut tiegħu, il-bażi legali korretta għar-regolament hija l-Artikolu 75 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

    sussidjarjament, il-kundizzjonijiet tal-użu tal-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ma ġewx sodisfatti, peress li l-ebda proposta ma ġiet ippreżentata b’mod validu, u l-Kunsill ma kienx adotta preċedentement deċiżjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

    Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tannulla r-regolament ikkontestat, il-Parlament xorta jipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita s-setgħa diskrezzjonali tagħha sabiex iżomm fis-seħħ l-effetti tar-regolament ikkontestat, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE, sakemm dan jiġi ssostitwit.


    (1)  ĠU L 346, p. 42.

    (2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 294.


    Top