EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CJ0162
Judgment of the Court (Third Chamber), 15 March 2012.#Phonographic Performance (Ireland) Limited v Ireland and Attorney General.#Reference for a preliminary ruling from the High Court (Commercial Division) (Ireland).#Copyright and related rights — Directive 2006/115/EC — Articles 8 and 10 — Concepts of ‘user’ and ‘communication to the public’ — Installation in hotel bedrooms of televisions and/or radios to which the hotelier distributes a broadcast signal.#Case C-162/10.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta' Marzu 2012.
Phonographic Performance (Ireland) Limited vs L-Irlanda u Attorney General.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (Commercial Division) (l-Irlanda).
Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2006/115/KE — Artikoli 8 u 10 — Kunċett ta’ ‘utent’ u ta’ ‘komunikazzjoni lill-pubbliku’ — Xandir ta’ fonogrammi permezz ta’ apparat tat-televiżjoni u/jew tar-radju installat fil-kmamar ta’ lukandi.
Kawża C-162/10.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta' Marzu 2012.
Phonographic Performance (Ireland) Limited vs L-Irlanda u Attorney General.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (Commercial Division) (l-Irlanda).
Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2006/115/KE — Artikoli 8 u 10 — Kunċett ta’ ‘utent’ u ta’ ‘komunikazzjoni lill-pubbliku’ — Xandir ta’ fonogrammi permezz ta’ apparat tat-televiżjoni u/jew tar-radju installat fil-kmamar ta’ lukandi.
Kawża C-162/10.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2012:141
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla)
15 ta’ Marzu 2012 ( *1 )
“Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2006/115/KE — Artikoli 8 u 10 — Kunċett ta’ ‘utent’ u ta’ ‘komunikazzjoni lill-pubbliku’ — Xandir ta’ fonogrammi permezz ta’ apparat tat-televiżjoni u/jew tar-radju installat fil-kmamar ta’ lukandi”
Fil-Kawża C-162/10,
li għandha bħal suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa minn High Court (Commercial Division) (l-Irlanda), permezz ta’ deċiżjoni tat-23 ta’ Marzu 2010, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-7 ta’ April 2010, fil-proċedura
Phonographic Performance (Ireland) Limited
vs
L-Irlanda,
Attorney General,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),
komposta minn K. Lenaerts, President tal-Awla, J. Malenovský (Relatur), E. Juhász, G. Arestis u T. von Danwitz, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: V. Trstenjak,
Reġistratur: A. Impellizzeri, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-7 ta’ April 2011,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal Phonographic Performance (Ireland) Limited, minn H. Sheehy, solicitor, assistita minn J. Newman, BL, |
— |
għall-Irlanda, minn D. O’Hagan, bħala aġent, assistit minn E. Fitzsimons u J. Jeffers, BL, |
— |
għall-Gvern Elleniku, minn G. Papadaki, M. Germani u G. Alexaki, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Taljan, minn P. Gentili, bħala aġent, |
— |
għall-Gvern Franċiż, minn J. Gstalter, bħala aġent, |
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Samnadda u S. La Pergola, bħala aġenti. |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-29 ta’ Ġunju 2011,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 8 u 10 tad-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (verżjoni kodifikata) (ĠU L 376, p. 28). |
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Phonographic Performance (Ireland) Limited (iktar ’il quddiem “PPL”) u l-Irlanda. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt internazzjonali
3 |
L-Organizzazzjoni Dinjija dwar il-Proprjetà Intellettwali (WIPO) adottat f’Genève, fl-20 ta’ Diċembru 1996, it-Trattat tad-WIPO dwar il-Prestazzjonijiet u l-Fonogrammi (iktar ’il quddiem id-“WPPT”) kif ukoll it-Trattat tal-WIPO dwar id-Drittijiet tal-Awtur. Dawn iż-żewġ trattati kienu ġew approvati f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2000/278/KE, tas-16 ta’ Marzu 2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 33, p. 208). |
4 |
Skont l-Artikolu 2(b)(d) u (g) tad-WPPT: “Għall-finijiet ta’ dan it-trattat:
[...]
[...]
|
5 |
L-Artikolu 15 tad-WPPT huwa fformulat kif ġej: “Prestaturi u produtturi ta’ fonogrammi għandhom id-dritt ta’ ħlas xieraq ta’ darba għall-użu dirett jew indirett ta’ fonogrammi ippubblikati għal skopijiet kummerċjali ta’ xandir jew kull komunikazzjoni lill-pubbliku. 2. Partijiet kontraenti jistgħu jistabbilixxu fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom li l-ħlas xieraq ta’ darba se jintalab lill-utent mill-prestatur jew mill-produttur ta’ fonogramma jew mit-tnejn. Partijiet kontraenti jistgħu jgħaddu leġislazzjoni naturali li, fin-nuqqas ta’ ftehim bejn il-prestatur u l-produttur ta’ fonogramma, tqiegħed termini dwar kif prestaturi u produtturi ta’ fonogrammi jaqsmu l-ħlas xieraq ta’ darba. 3. Kull Parti Kontraenti tista’, b’notifika mogħtija lid-Direttur Ġenerali ta’ l-WIPO, tiddikjara li se tibda tapplika d-disposizzjonijiet fil-Paragrafu 1 fir-rigward ta’ xi utenti biss, jew li b’xi mod se tillimita l-applikazzjoni tagħhom, jew li m’hi se tapplika xejn minn dawn id-disposizzjonijiet. 4. Għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu fonogrammi li jkunu disponibbli għall-pubbliku b’mezzi ta’ fili jew mingħajr, b’tali mod li membri tal-pubbliku ikollhom aċċess għalihom minn post u f’ħin magħżul minnhom, se jkunu meqjusin li kienu ppublikati għal għanijiet kummerċjali.” |
Id-dritt tal-Unjoni
6 |
Skont il-premessi 5, 7 u 16 tad-Direttiva 2006/115:
[…]
[…]
|
7 |
L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2006/115 jistabbilixxi: “1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-artisti d-dritt esklussiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu l-iffissar tal-wirjiet tagħhom. 2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-organizzazzjonijiet tax-xandir id-dritt esklussiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu l-iffissar tax-xandiriet tagħhom, sew jekk dawn ix-xandiriet ikunu trasmessi bil-fili sew jekk bl-ajru, inklużi bil-cable jew bis-satellita. 3. Distributur bil-cable m’għandux ikollu d-dritt previst fil-paragrafu 2 fejn huwa sempliċiment jerġa’ jittrasmetti bil-cable x-xandiriet ta’ organizzazzjonijiet tax-xandir.” |
8 |
L-Artikolu 8(2) ta’ din id-direttiva jipprovdi: “L-Istati Membri għandhom jipprovdu dritt biex jiżguraw li jitħallas ħlas uniku ekwu mill-utent, jekk jintuża fonogramm ippubblikat għall-finijiet kummerċjali, jew tintuża riproduzzjoni ta’ dan il-fonogramm, għax-xandir b’mezzi mingħajr fili jew għal kull komunikazzjoni lill pubbliku, u biex jiżguraw li dan il-ħlas jitqassam bejn l-artisti u l-produtturi tal-fonogramm relevanti. L-Istati Membri jistgħu, fin-nuqqas ta’ ftehim bejn l-artisti u l-produtturi tal-fonogramm, jistipulaw il-kondizzjonijiet għat-tqassim ta’ dan il-ħlas bejniethom.” |
9 |
L-Artikolu 10 tal-imsemmija direttiva huwa fformulat kif ġej: “1. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu limitazzjonijiet għad-drittijiet imsemmija f’dan il-Kapitolu rigward ta’:
[…] 2. Irrispettivament mill-paragrafu 1, kull Stat Membru jista’ jagħmel dispożizzjoniet għall-istess tipi ta’ limitazzjonijiet rigward il-protezzjoni ta’ artisti, produtturi ta’ fonogrammi, organizzazzjonijiet tax-xandir u ta’ produtturi ta’ l-ewwel iffissar ta’ films, hekk bħad-dispożizzjonijet previsti fil-liġi tiegħu rigward il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ l-awtur f’xogħlijiet letterarji u artistiċi. Madankollu, jistgħu jkunu previsti liċenzji obbligatorji, biss sal-punt fejn ikunu kompatibbli mal-Konvenzjoni ta’ Ruma. Il-limitazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, għandhom jiġu applikati biss f’ċerti każi speċjali li ma jmorrux kontra l-isfruttar normali tal-materja u ma jippreġudikawx mingħajr raġuni l-interessi leġittimi tad-detentur tad-drittijiet.” |
10 |
Id-Direttiva 2006/115 ikkodifikat u abrogat id-Direttiva 92/100 tad-19 ta’ Novembru 1992, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 120). |
11 |
Skont il-premessa 9 tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230): “Kull armonizzazzjoni tad-drittijiet ta’ l awtur u drittijiet relatati għandha tkun bażata fuq livell għoli ta’ protezzjoni, għar raġuni li dawn id-drittijiet huma kruċjali għall kreazzjoni intellettwali. Il-protezzjoni tagħhom tgħinhom jiżguraw it-tkomplija u l-iżvilupp tal-kreattivita fl-interessi tal-awturi, artisti, produtturi, konsumaturi, kultura, industrija u l-pubbliku in ġenerali. Proprjetà intellettwali ġiet għalhekk irrikonoxxuta bħala parti integrali ta’ proprjetà.” |
12 |
L-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva jistabbilixxi: “1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awturi bid-dritt esklussiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu kull komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xogħolijiet tagħhom, bil-fili jew mezzi mingħajr fili, inklużi li jagħmlu disponibbli lill-pubbliku x-xogħolijiet tagħhom b’mod li membri tal-pubbliku jistgħu jkollhom aċċess għalihom minn post u f’ħin magħżul individwalment minnhom. 2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt esklussiv biex jawtorizzaw jew jipprojbixxu li jagħmlu disponibbli lill-pubbliku, permezz tal-fili jew mingħajr fili, b’mod li l-membri tal-pubbliku jkunu jistgħu jkollhom aċċess għalihom minn post u f’ħin magħżul individwalment minnhom:
3. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx jiġu eżawriti bl-ebda att ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku jew li jagħmilhom disponibbli għall-pubbliku kif stipulat f’dan l-Artikolu.” |
Id-dritt nazzjonali
13 |
Il-Liġi tal-2000 dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati (Copyright and Related Rights Act 2000, iktar ’il quddiem il-“Liġi tal-2000”) tipprovdi fl-Artikolu 97: (1) Salv kif ipprovdut fil-paragrafu 2, ma jikkostitwixxix ksur tad-dritt tal-awtur fuq reġistrazzjoni ta’ smigħ, xandir jew servizz ta’ programm bil-kejbil il-fatt li tinstema’ reġistrazzjoni ta’ smigħ, tintwera xandira jew servizz bil-kejbil meta din tinstema’ jew tintwera
(2) Il-paragrafu 1 ma huwiex applikabbli għall-partijiet ta’ stabbilimenti koperti bid-dispożizzjonijiet tal-imsemmi paragrafu jekk jintalab ħlas moderat għad-dħul għal dik il-parti mill-istabbiliment fejn tinstema’ jew tintwera r-reġistrazzjoni, ix-xandira jew il-programm”. |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
14 |
PPL hija kumpannija ta’ ġestjoni kollettiva li tirrappreżenta d-drittijiet li l-produtturi ta’ fonogrammi jgawdu fuq ir-reġistrazzjoni ta’ smigħ jew fuq il-fonogrammi fl-Irlanda. |
15 |
Il-proċedura fil-kawża prinċipali tirrigwarda rikors ippreżentat minn PPL kontra l-Irlanda, sabiex jiġi kkonstatat li dan l-Istat, meta adotta u żamm fis-seħħ l-Artikolu 97 tal-Liġi tal-2000, kiser l-Artikolu 4 TUE u sabiex jintalbu danni u interessi bħala kumpens għal dan in-nuqqas. |
16 |
PPL tallega li, minħabba l-eżenzjoni ta’ responsabbiltà prevista fl-Artikolu 97(1) tal-Liġi tal-2000, l-operaturi ta’ lukandi u ta’ guesthouses (iktar ’il quddiem, kollettivament, il-“lukandi”) ma ħallsuhiex remunerazzjoni ekwa għall-użu, fil-kmamar tal-lukandi fl-Irlanda, ta’ fonogrammi li huma parti minn dawk li ngħataw liċenzja lil PPL, permezz ta’ mezz ipprovdut minn dawk responsabbli għall-operat ta’ dawn il-lukandi u fil-kuntest tas-servizz mogħti minn dawn tal-aħħar. |
17 |
Issa, l-eżenzjoni mir-responsabbiltà favur l-operaturi ta’ lukandi li jxandru fonogrammi protetti tikser ċerti direttivi Ewropej adottati fil-qasam tad-drittijiet relatati mad-dritt tal-awtur, li jipprovdu d-dritt ta’ produtturi ta’ fonogrammi li jirċievu l-ħlas ta’ remunerazzjoni ekwa meta l-fonogrammi tagħhom huma użati f’ċerti ċirkustanzi. |
18 |
Il-High Court (Commercial Division) tispeċifika li, fil-kawża prinċipali, din tirrigwarda biss reġistrazzjonijiet ta’ smigħ jew fonogrammi li jinstemgħu minn klijenti fi kmamar ta’ lukandi fl-Irlanda u mhux f’partijiet oħra ta’ dawn l-istabbilimenti. Lanqas ma tirrigwarda t-trasmissjonijiet interattivi jew fuq talba. |
19 |
Barra dan, skont il-qorti tar-rinviju, jekk lukandier jipprovdi apparat għat-televiżjoni jew tar-radju fil-kmamar tal-istabbiliment tiegħu li jinsab fl-Irlanda, li lilhom jibgħat, permezz tal-kejbil jew ta’ kull teknoloġija oħra, sinjal riċevut ċentralment, il-lukandier ma huwiex marbut, skont l-Artikolu 97(1) tal-Liġi tal-2000, li jħallas remunerazzjoni ekwa lill-produtturi ta’ fonogrammi għar-reġistrazzjonijiet ta’ smigħ imxandra bit-televiżjoni jew bir-radju. |
20 |
Bl-istess mod, jekk lukandier iqiegħed fil-kmamar tal-istabbiliment tiegħu mezz ieħor u jqegħdu għad-dispożizzjoni tal-klijentela tiegħu reġistrazzjonijiet ta’ smigħ taħt forma fiżika jew diġitali li l-klijenti jistgħu jisimgħuhom bil-għajnuna ta’ dan il-mezz, il-lukandier lanqas ma huwa marbut li jħallas remunerazzjoni ekwa lill-produtturi ta’ fonogrammi skont l-Artikolu 97(1) tal-Liġi tal-2000. |
21 |
Barra minn hekk, għalkemm it-talba fuq il-mertu tirrelata fuq l-uiżu ta’ reġistrazzjonijiet ta’ smigħ fil-kmamar ta’ lukandi, il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-Artikolu 97(1) tal-Liġi tal-2000 għandu wkoll effett li jelimina r-rekwiżit ta’ remunerazzjoni ekwa għal tali użu fl-isptarijiet, fil-kliniċi, djar ta’ kura, fil-ħabsijiet jew fi kwalunkwe istituzzjonijiet simili. |
22 |
Hija speċifikat, finalment, li r-reġistrazzjonijiet ta’ smigħ inkwistjoni f’din il-proċedura huma fonogrammi ppubblikati għal finijiet kummerċjali. |
23 |
F’dan il-kuntest, l-imsemmija qorti tar-rinviju tikkunsidra li, minħabba d-differenzi bejn id-drittijiet protetti mill-Artikoli 3(1) tad-Direttiva 2001/29 u 8(2) tad-Direttiva 2006/115, mill-kuntest li fih l-espressjoni “komunikazzjoni lill-pubbliku” hija użata u l-għan tad-dispożizzjonijiet rispettivi, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex tagħti lilll-kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku”, l-istess tifsira li hija tat fis-sentenza tas-7 ta’ Diċembru 2006, SGAE (C-306/05, Ġabra p. I-11519). |
24 |
Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-High Court (Commercial Division) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
25 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-operatur ta’ lukanda li jipprovdi fil-kmamar tal-klijenti tiegħu televiżjonijiet u/jew radjijiet li jiddistribwilhom sinjal ta’ xandir huwiex “utent” li jagħmel att ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” ta’ fonogramma mxandra, fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115. |
26 |
Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115, l-Istati għandhom jipprovdu dritt sabiex jiżguraw li titħallas remunerazzjoni unika u ekwa mill-utent meta fonogramma ppubblikata għall-finijiet kummerċjali, jew riproduzzjoni ta’ din il-fonogramma, hija użata għal xandir b’mezzi mingħajr fili jew għal kull komunikazzjoni lill-pubbliku. |
27 |
Minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li min juża fonogramma għal xandira jew għal komunikazzjoni lill-pubbliku għandhom jiġi kkunsidrat bħala l-“utent” fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni. |
28 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi evalwat jekk, f’kawża bħal dik prinċipali, hemmx il-preżenza ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku”. |
29 |
Fir-rigward tal-kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100, ikkodifikata bid-Direttiva 2006/115, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-punt 76 tas-sentenza tal-15 ta’ Marzu 2012, SCF (C-135/10) li hija timplika evalwazzjoni individwalizzata. Dan jgħodd ukoll fir-rigward tal-identità tal-utent u tal-kwistjoni tal-użu tal-fonogramma inkwistjoni (ara s-sentenza SCF, iċċitata iktar ’il fuq, punt 78). |
30 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja, barra minn hekk, speċifikat li, għall-finijiet ta’ tali evalwazzjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni diversi kriterji komplimentari, ta’ natura mhux awtonoma u interdipendenti ma’ xulxin. Konsegwentement, huma għandhom jiġu applikati kemm individwalment kif ukoll fl-interazzjoni tagħhom ma’ xulxin, peress li dawn jistgħu, f’sitwazzjonijiet konkreti differenti, ikunu preżenti b’intensità varjabbli ħafna (ara s-sentenza SCF, iċċitata iktar ’il fuq, punt 79). |
31 |
Fost dawn il-kriterji, il-Qorti tal-Ġustizzja, fl-ewwel lok, minn naħa, enfasizzat ir-rwol indispensabbli tal-utent. Fil-fatt, dan l-utent iwettaq att ta’ komunikazzjoni meta jintervjeni, b’għarfien sħiħ tal-konsegwenzi tal-aġir tiegħu, sabiex jagħti aċċess lill-klijenti tiegħu għal xandira radjofonika li fiha hemm xogħol protett. Fin-nuqqas ta’ tali intervent, dawn il-klijenti, meta jinsabu fiż-żona ta’ kopertura tal-imsemmija xandira, bħala prinċipju, ma jistgħux igawdu x-xogħol imxandar (ara, is-sentenza SCF, iċċitata iktar ’il fuq, punt 82). |
32 |
Fit-tieni lok, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat ċerti elementi inerenti għall-kunċett ta’ pubbliku. |
33 |
F’dan ir-rigward, il-“pubbliku”, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, għandu jikkostitwixxi numru indeterminat ta’ destintarji potenzjali u numru pjuttost kbir ta’ persuni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza SCF, iċċitata iktar ’il fuq, punt 84). |
34 |
Fir-rigward, qabel kollox, tan-natura “indeterminata” tal-pubbliku, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li, skont id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “trasmissjoni pubblika (komunikazzjoni pubblika)” mogħtija mill-Glossarju tad-WIPO li, mingħajr ma għandu setgħa vinkolanti fil-liġi, madankollu jikkontribwixxi għall-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ pubbliku, dan il-kunċett huwa intiż li “jrendi perċettibbli xogħol [...] fi kwalunkwe mod xieraq, lil persuni b’mod ġenerali, għall-kuntrarju ta’ persuni speċifiċi li jappartjenu lil grupp privat” (ara, sentenza SCF, iċċitata iktar ’il fuq, punt 85). |
35 |
Fir-rigward, sussegwentement, tal-kriterju dwar “numru pjuttost kbir ta’ persuni”, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat, minn naħa, li dan irid jindika li l-kunċett ta’ pubbliku għandu ċerti limitu de minimis, u dan jeskludi minn dan il-kunċett numru ta’ persuni kkonċernati żgħir ħafna, jew insinjifikattiv (ara s-sentenza SCF, iċċitata iktar ’il fuq, punt 86). Min-naħa l-oħra, sabiex jiġi ddeterminat dan in-numru, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-effetti kumulattivi li jirriżultaw mit-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ xogħlijiet lil destinatarji potenzjali. F’dan ir-rigward, ma huwiex rilevanti biss li jsir magħruf kemm persuni għandhom aċċess għall-istess xogħol b’mod parallel, iżda wkoll kemm minnhom kellhom suċċessivament aċċess għalih (ara, is-sentenza SCF, iċċitata iktar ’il fuq, punti 86 u 87). |
36 |
Fit-tielet lok, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, għalkemm in-natura lukrattiva ta’ “komunikazzjoni”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 ma hijiex irrilevanti, a fortiori dan huwa l-każ meta hemm dritt għal remunerazzjoni ekwa, essenzjalment ekonomika, li għandhom l-artisti li jinterpretaw jew li jeżegwixxu u l-produtturi tal-fonogrammi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza SCF, iċċitata iktar ’il fuq, punti 88 u 89). |
37 |
Huwa għalhekk mifhum, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, li l-pubbliku li huwa s-suġġett tal-komunikazzjoni huwa, minn naħa, dak li jimmira lilu l-utent u, min-naħa l-oħra, riċettiv, b’mod jew ieħor għall-komunikazzjoni tiegħu, u mhux “maqbud” b’kumbinazzjoni (ara s-sentenza SCF, iċċitata iktar ’il fuq, punti 91). |
38 |
Huwa fid-dawl, b’mod partikolari, ta’ dawn il-kriterji, u bi qbil mal-evalwazzjoni individwalizzata, kif innutat fil-punt 29 ta’ din is-sentenza, li għandu jiġi evalwat jekk, f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-operatur ta’ lukanda li jipprovdi fil-kmamar tal-klijenti tiegħu settijiet tat-televiżjoni tal-klijenti tagħha u/jew tar-radju li lilhom jibgħat sinjal ta’ xandir iwettaqx att ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku, fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115. |
39 |
Għalkemm huma l-qrati nazzjonali li għandhom, bħala prinċipju, jiddeterminaw jekk dan huwiex il-każ f’kawża partikolari u li jagħmlu l-evalwazzjonijiet definittivi kollha ta’ fatt f’dak ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat, madankollu, li, rigward il-kawża prinċipali, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-elementi kollha neċessarji sabiex tevalwa jekk hemmx tali att ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku. |
40 |
Għandu jiġi rrilevat, qabel kollox, li, fis-sitwazzjoni kkontemplata mill-qorti tar-rinviju fejn l-operatur ta’ lukanda jipprovdi fil-kmamar tal-klijenti tiegħu settijiet tat-televiżjoni u/jew tar-radju li lilhom jagħti sinjal tax-xandir, bħal fil-kawża li wasslet għas-sentenza SGAE, iċċitata iktar ’il fuq (punt 42), għalkemm jinsabu ġewwa ż-żona ta’ kopertura tas-sinjal trasportatur ta’ fonogrammi, il-klijenti ta’ tali lukanda ma jkunux jistgħu jgawdu fonogrammi tagħhom jekk mhux permezz tal-intervent deliberat ta’ dan l-operatur. Ir-rwol tiegħu huwa għaldaqstant essenzjali fis-sens tal-punt 31 ta’ din is-sentenza. |
41 |
Fir-rigward, sussegwentement, tal-klijenti ta’ lukanda, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi rrilevat li l-klijenti ta’ tali lukanda jikkostitwixxu numru indeterminat ta’ destinatarji potenzjali., sa fejn l-aċċess ta’ dawn il-klijenti għas-servizzi tal-imsemmi stabbiliment jirriżulta, bħala prinċipju, mill-għażla stess ta’ kull wieħed minnhom u ma hija limitata biss minn kemm kapaċi jiġu ospitati persuni. Għaldaqstant, f’tali każ bħal dan, huwa jirrigwarda “persuni b’mod ġenerali”, skont il-punt 34 ta’ din is-sentenza. |
42 |
F’dak li jirrigwarda, barra minn hekk, skont il-punt 33 ta’ din is-sentenza, l-għadd kbir ta’ destinatarji potenzjali, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-klijenti ta’ lukanda jikkostitwixxu numru pjuttost kbir ta’ persuni, hekk li dawn għandhom jiġu kkunsidrati bħala pubbliku (ara, is-sentenza SGAE, iċċitata iktar ’il fuq, punt 38). |
43 |
Fir-rigward, finalment, tan-natura lukrattiva, kif imsemmi fil-punti 36 u 36 ta’ hawn fuq, għandu jiġi rrilevat li, f’din il-kawża, il-klijenti ta’ lukanda jistgħu jiġi kkwalifikat bħala “fil-mira” u “reċettivi”. |
44 |
Fil-fatt, l-att magħmul mill-operatur ta’ lukanda, intiż li jipprovdi aċċess għax-xogħol imxandar lill-klijenti tiegħu, jikkostitwixxi servizz addizzjonali li jinfluwenza l-pożizzjoni ta’ dan l-istabbiliment u, għaldaqstant, il-prezz tal-kmamar (ara f’dan is-sens, is-sentenza SGAE, iċċitata iktar ’il fuq, punt 44). Barra minn hekk, jista’ jattira klijenti addizzjonali interessati minn dan is-servizz supplimentari (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-4 ta’ Ottubru 2011, Football Association Premier League et, C-403/08 u C-429/08, Ġabra p. I-9083, punt 205). |
45 |
Minn dan isegwi li, f’kawża bħal dik prinċipali, ix-xandir ta’ fonogrammi mill-operatur ta’ lukanda għandu natura lukrattiva. |
46 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-operatur ta’ lukanda jwettaq att ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115. |
47 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-operatur ta’ lukanda li jipprovdi fil-kmamar tal-klijenti tiegħu settijiet tat-televiżjoni u/jew tar-radju li lilhom jibgħat sinjal ta’ xandir huwa “utent” li jwettaq att ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” ta’ fonogramma mxandra fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115. |
Fuq it-tieni domanda
48 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha l-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-operatur ta’ lukanda li jipprovdi fil-kmamar tal-klijenti tiegħu settijiet tat-televiżjoni u/jew tar-radju li lilhom jagħti sinjal ta’ xandir huwiex obbligat li jħallas remunerazzjoni ekwa skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115, għax-xandir ta’ fonogramma mxandra, minbarra dik imħallsa mix-xandar. |
49 |
Għandu qabel kollox jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà speċifikat, fir-rigward tal-kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, li l-operatur ta’ lukanda li jwettaq att ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku jittrażmetti xogħol protett lil pubbliku ġdid, jiġifieri pubbliku li ma tteħidx inkunsiderazzjoni mill-awturi tax-xogħol protett meta jawtorizza l-użu tiegħu għall-komunikazzjoni lill-pubbliku oriġinali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza SGAE, iċċitata iktar ’il fuq, punti 40 u 42). |
50 |
Għandu jiġi enfasizzat li l-element ta’ “pubbliku ġdid”, ibbażat fuq il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt preċedenti, għandu wkoll jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115. |
51 |
Issa, meta l-operatur ta’ lukanda jikkomunika fonogramma mxandra fil-kmamar tal-klijenti tiegħu, huwa juża din il-fonogramma mxandra fil-kmamar tal-klijenti tiegħu, huwa juża din il-fonogramma b’mod awtonomu u jittrażmettiha lil pubbliku distint u supplimentari għal dak kopert mill-att ta’ komunikazzjoni oriġinali. Barra minn hekk, għal din it-trażmissjoni, l-imsemmi operatur jieħu, kif tfakkar fil-punt 44 ta’ hawn fuq, il-benefiċċji ekonomiċi li huma indipendenti minn dawk miksuba mix-xandar jew mill-produttur ta’ fonogrammi. |
52 |
Konsegwentement, f’tali sitwazzjoni, l-operatur ta’ lukanda huwa marbut, skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115, li jħallas remunerazzjoni ekwa għall-komunikazzjoni ta’ din il-fonogramma, minbarra dik imħallsa mix-xandar. |
53 |
F’dan ir-rigward, ma jistax jiġi aċċettat l-argument tal-Irlanda, li mit-termini “jew” u “uniku”, użati fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 jirriżulta li lukandier ma għandux ikun obbligat iħallas remunerazzjoni għall-komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ fonogrammi ġaladarba xandar ikun diġà ħallas remunerazzjoni ekwa għall-użu ta’ dawn il-fonogrammi fix-xandiriet tiegħu. |
54 |
Fil-fatt, meta juża t-terminu “uniku” f’din id-dispożizzjoni, il-leġiżlatur tal-Unjoni ried jenfasizza li l-Istati Membri ma humiex marbuta li jipprovdu li l-utent iħallas diversi remunerazzjonijiet distinti għall-istess att ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku, għalkemm din ir-remunerazzjoni unika hija, kif jirriżulta kjarament mit-tieni sentenza ta’ din id-dispożizzjoni, maqsuma fost il-benefiċjarji differenti tar-remunerazzjoni ekwa li huma l-artisti li jinterpretaw u li jeżegwixxu u l-produtturi ta’ fonogrammi. Dwar il-konġunzjoni “jew”, li tinsab fil-frażi “għal kull komunikazzjoni lill pubbliku b’mezzi mingħajr fili jew għal kull komunikazzjoni lill-pubbliku', din għandha tiġi interpretata fis-sens li remunerazzjoni hija dovuta kemm fil-każ ta’ xandir kif ukoll f’dak ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku. |
55 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-operatur ta’ lukanda li jipprovdi fil-kmamar tal-klijenti tiegħu settijiet tat-televiżjoni u/jew tar-radju li lilhom jibgħat sinjal ta’ xandir huwa obbligat li jħallas remunerazzjoni ekwa, skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115, għax-xandir ta’ fonogramma mxandar, minbarra dik imħallsa mix-xandar. |
Fuq ir-raba ’ domanda
56 |
Permezz tar-raba’ domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata fit-tielet lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-operatur ta’ lukanda li jipprovdi, fil-kmamar tal-klijenti tiegħu, mhux settijiet tat-televiżjoni u/jew tar-radju, iżda mezz ieħor kif ukoll fonogrammi f’forma fiżika jew diġitali li tista’ titqassam jew tinstema’ permezz ta’ dan il-mezz, huwiex “utent” li jwettaq att ta’ “komunikazzjoni lill-pubblika” ta’ fonogramma, fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115. |
57 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tivverifika jekk il-kunsiderazzjonijiet li fuqhom hija tibbaża r-risposta tagħha għall-ewwel domanda jibqgħux rilevanti anki fil-każ li l-operatur ta’ lukanda jipprovdi lill-klijenti tagħha mezz li ma huwiex sett tat-televiżjoni u/jew tar-radju, u fonogrammi f’forma fiżika jew diġitali li tista’ tixxandar jew tiġi estiża permezz ta’ dan il-mezz. |
58 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” li jinsab fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-kunċetti ekwivalenti li jinsabu b’mod partikolari fid-WPPT, u b’mod kompatibbli magħhom, u b’tali mod li huma jibqgħu kompatibbli ma’ dawn tal-aħħar, billi jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll il-kuntest li fih tali kunċetti jinsabu u l-għan segwit mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-konvenzjonijiet (ara s-sentenza SCF, iċċitata iktar ’il fuq, punt 55). |
59 |
Issa, l-Artikolu 2(g) tad-WPPT, li jirrigwarda l-komunikazzjoni lill-pubbliku u jirreferi għall-Artikolu 15 ta’ dan it-trattat, jispeċifika li dan l-aħħar kunċett jinkludi wkoll il-fatt li jsiru jinstemgħu mill-pubbliku l-ħsejjes jew rappreżentazzjonijiet ta’ ħsejjes stabbiliti fuq fonogramma'. |
60 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi wkoll il-fatt li jsiru jinstemgħu mill-pubbliku l-ħsejjes jew rappreżentazzjonijiet ta’ ħsejjes stabbiliti fuq fonogramma. |
61 |
Din il-konklużjoni hija wkoll ikkorroborata mill-formulazzjoni stess tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115, li tispeċifika li tirrigwarda “kull” komunikazzjoni lill-pubbliku, għaldaqstant kwalunkwe forma ta’ komunikazzjoni possibbli u fattibbli. |
62 |
Issa, l-operatur ta’ lukanda li jipprovdi fil-kmamar tal-klijenti tiegħu mezz, li ma huwiex settijiet tat-televiżjoni u/jew tar-radju, kif ukoll fonogrammi f’forma fiżika jew diġitali li jistgħu jixxandru jew jinstemgħu permezz ta’ dan il-mezz jipprovdu ż-żewġ elementi li bihom jsiru jinstemgħu l-ħsejjes jew rappreżentazzjonijiet ta’ ħsejjes stabbiliti fuq dawn il-fonogrammi u l-bażi materjali ta’ dawn il-ħsejjes jew rappreżentazzjonijiet ta’ ħsejjes, jiġifieri l-fonogrammi. |
63 |
Konsegwentement, din il-forma ta’ komunikazzjoni taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115, interpretat fid-dawl tal-Artikoli 2(g) u 15 tad-WPPT moqrija flimkien. |
64 |
Sa fejn, kif jirriżulta mill-punt 57 ta’ din is-sentenza, ir-raba’ domanda hija differenti mill-ewwel waħda biss fir-rigward tal-forma tat-trażmissjoni ta’ fonogrammi, jista’ jiġi dedott li, rigward l-operatur kif ukoll il-klijentela tiegħu, dawn huma l-istess fil-kuntest ta’ dawn iż-żewġ domandi. |
65 |
Konsegwentement, jista’ jiġi preżunt, minn naħa, li l-operatur ta’ din il-lukanda, jista jiġi kkunsidrat bħala “utent” fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 u, min-naħa l-oħra, li l-klijentela ta’ dan l-istabbiliment għandhom jiġu kkunsidrati bħala “pubbliku”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sakemm element partikolari jkun tali li jwassal lill-Qorti tal-Ġustizzja għal konklużjoni differenti. |
66 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi evalwat jekk il-forma speċifika ta’ trażmissjoni, permezz ta’ mezz kif ukoll ta’ fonogrammi f’forma fiżika jew diġitali li jistgħu jixxandru jew jinstemgħu permezz ta’ dan il-mezz, tistax twassal għal konklużjoni differenti minn dik magħmula fil-punt 40 ta’ din is-sentenza. |
67 |
Issa, dan ma huwiex il-każ. Fil-fatt, sa fejn l-operatur ta’ lukanda li jinstalla fil-kmamar tal-lukanda tiegħu tali mezz u tali fonogrammi jipprovdi, b’dan il-mod, lill-klijenti ż-żewġ elementi meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jgawdu x-xogħlijiet inkwistjoni, minn dan jirriżulta li, mingħajr l-intervent tiegħu, il-klijenti ma jkollhomx aċċess. Għaldaqstant, ir-rwol tiegħu huwa essenzjali. |
68 |
Minħabba li ma hemm l-ebda element speċifiku li jirrikjedi eżami, għaldaqstant, għandu jiġi konkluż li, twettaq att ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” ta’ fonogramma, fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115. |
69 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għar-raba’ domanda għandha tkun li l-operatur ta’ lukanda li jipprovdi, fil-kmamar tal-klijenti tiegħu, mhux settijiet tat-televiżjoni u/jew tar-radju li lilhom jibgħat sinjal ta’ xandir, iżda mezz ieħor kif ukoll fonogrammi f’forma fiżika jew diġitali li jistgħu jixxandru jew jinstemgħu permezz ta’ dan il-mezz, huwa “utent” li jwettaq att ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” ta’ fonogramma, fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115. Għaldaqstant huwa obbligat li jħallas “remunerazzjoni ekwa” taħt din id-dispożizzjoni għat-trasmissjoni tal-imsemmija fonogrammi. |
Fuq it-tielet u r-raba ' domandi
70 |
Permezz tat-tielet u tal-ħames domandi, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 10(1)(a) tad-Direttiva 2006/115, li jipprovdi limitazzjoni fuq id-dritt ta’ remunerazzjoni ekwa previst fl-Artikolu 8(2) ta’ din id-direttiva, meta jirrigwarda “użu privat”, jippermettix lill-Istati Membri sabiex jeżentaw lill-operatur ta’ lukanda li twettaq att ta’ “komunikazzjoni lill-pubblika” ta’ fonogramma, fis-sens tal-Artikolu 8(2) tal-imsemmija direttiva, mill-obbligu li jħallsu tali remunerazzjoni. |
71 |
Qabel kollox, għandu jiġi speċifikat li, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 153 tal-konklużjonijiet tagħha, ma hijiex in-natura privata jew in-nuqqas tal-użu tax-xogħol mill-klijenti ta’ lukanda li huwa rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk l-operatur ta’ tali stabbiliment jistax jibbaża ruħu fuq il-limitazzjoni bbażata fuq “użu privat” fis-sens tal-Artikolu 10(1)(a) tad-Direttiva 2006/115, iżda n-natura privata jew le tal-użu li jagħmel mix-xogħol dan l-operatur stess. |
72 |
Issa, l-“użu privat” ta’ xogħol protett ikkomunikat lill-pubbliku mill-utent tiegħu jikkostitwixxi kontradizzjoni fit-termini, sa fejn “pubbliku” huwa mid-definizzjoni tiegħu “mhux privat”. |
73 |
Għalhekk, fil-każ ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku, fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115, il-limitazzjoni bbażata fuq “użu privat” fis-sens tal-Artikolu 10(1)(a) tal-imsemmija direttiva, ma tistax tapplika. |
74 |
Tali interpretazzjoni lanqas madankollu ma hija tali li ser tneħħi kull effettività minn din id-dispożizzjoni tal-aħħar. Fil-fatt, din tal-aħħar tibqa’ żżomm kamp ta’ applikazzjoni usa’ billi tirrigwarda użi oħra minbarra komunikazzjoni lill-pubbliku, bħall-“iffissar” fis-sens tal-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva. |
75 |
Barra minn hekk, li l-utent jibbenefika mil-limitazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1)(a) tad-Direttiva 2006/115, meta jewttaq att ta’ komunikazzjoni bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, imur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(3) ta’ din id-direttiva li din il-limitazzjoni hija applikabbli biss f’ċerti każijiet speċjali li ma jaffettwawx l-użu normali tax-xogħol jew ta’ għan ieħor u lanqas jippreġudikaw mingħajr raġuni l-interessi leġittimi tad-detentur tad-dritt. |
76 |
Fil-fatt, tali interpretazzjoni tneħħi l-obbligu tal-utent li jħallas remunerazzjoni ekwa għal-forom ta’ użu tax-xogħol li jikkorrispondi għal użu kummerċjali tiegħu, u dan joħloq preġudizzju mingħajr raġuni għall-interessi leġittimi tal-artisti li jinterpretaw jew li jeżegwixxu protetti preċiżament permezz tad-dritt għal remunerazzjoni ekwa. |
77 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għat-tielet u għar-raba’ domanda għandha tkun li l-Artikolu 10(1)(a) tad-Direttiva 2006/115, li jipprovdi limitazzjoni fuq id-dritt għal remunerazzjoni ekwa previst fl-Artikolu 8(2) ta’ din id-direttiva, meta jirrigwarda “użu privat”, ma jippermettix lill-Istati Membri sabiex jeżentaw lill-operatur ta’ lukanda milli jwettaq att ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” ta’ fonogramma fis-sens tal-Artikolu 8(2) tal-imsemmija direttiva, mill-obbligu li jħallas tali remunerazzjoni. |
Fuq l-ispejjeż
78 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.