Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CB0561

    Kawża C-561/10 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal- 20 ta’ Settembru 2011 — Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Sejħa għal offerti — Servizzi tal-informatika ta’ manutenzjoni tas-sistemi SEI-BUD/AMD/CR — Ċaħda tal-offerta — Motivazzjoni insuffiċjenti — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi)

    ĠU C 25, 28.1.2012, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 25/23


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Settembru 2011 — Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-561/10 P) (1)

    (Appell - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Sejħa għal offerti - Servizzi tal-informatika ta’ manutenzjoni tas-sistemi SEI-BUD/AMD/CR - Ċaħda tal-offerta - Motivazzjoni insuffiċjenti - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi)

    (2012/C 25/41)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentant: N. Korogiannakis, dikigoros)

    Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u N. Bambara, aġenti)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Settembru 2010 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (T-387/08) li tiċħad rikors intiż, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-OPOCE, tal-20 ta’ Ġunju 2008, li tirrifjuta l-offerta tar-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti għall-konklużjoni ta’ kuntratti qafas għas-servizzi tal-informatika ta’ manutenzjoni tas-sistemi SEI-BUD/AMD/CR u s-servizzi relatati (Nru AO 10185) (ĠU 2008/S 43-058884) kif ukoll tad-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 72, 05.03.2011


    Top