Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TO0176

    Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba' Awla) tal-24 ta' Mejju 2011.
    Government of Gibraltar vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Rikors għal annullament - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa - Deċiżjoni 2009/95/KE - Lista ta’ siti ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran - Inklużjoni fis-sit ta’ importanza Komunitarja msejjaħ ‘Estrecho oriental’ ta’ żona ta’ ilmijiet territorjali ta’ Ġibiltà u ta’ settur ta’ baħar miftuh - Annullament parzjali - Indiviżibbiltà - Inammissibbiltà.
    Kawża T-176/09.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2011:239





    Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Mejju 2011 – Government of Gibraltar vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-176/09)

    “Rikors għal annullament – Direttiva 92/43/KEE – Konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa – Deċiżjoni 2009/95/KE – Lista ta’ siti ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran – Inklużjoni fis-sit ta’ importanza Komunitarja msejjaħ ‘Estrecho oriental’ ta’ żona ta’ ilmijiet territorjali ta’ Ġibiltà u ta’ settur ta’ baħar miftuh – Annullament parzjali – Indiviżibbiltà – Inammissibbiltà”

    1.                     Rikors għal annullament - Suġġett - Annullament parzjali - Kundizzjoni - Natura diviżibbli tad-dispożizzjonijiet ikkontestati - Dispożizzjonijiet ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li testendi l-arja ta’ sit ta’ importanza għall-Komunità - Anullament li jwassal għal bdil fis-sustanza tad-deċiżjoni - Inammissibbiltà (Artikolu 230 KE; Direttiva tal-Kunsill 92/43; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/95) (ara l-punti 34, 37-42)

    2.                     Proċedura - Ammissibbiltà tar-rikorsi - Evalwazzjoni b’riferiment għas-sitwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors - Rikors inammissibbli - Deċiżjoni li fil-mori tal-kawża tissostitwixxi d-deċiżjoni kkontestata - Assenza ta’ effett fuq l-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà tar-rikors (ara l-punti 47-49)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/95/KE, tat-12 ta’ Diċembru 2008, li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, it-tieni lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran (ĠU 2009 L 43, p. 393), sa fejn din testendi s-sit imsejjaħ “Estrecho Oriental” (ES6120032) għall-ilmijiet territorjali ta’ Ġibiltà (kemm ġewwa kif ukoll barra s-sit UKGIB0002) u għal settur ta’ baħar miftuħ.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Il-Government of Gibraltar huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għall-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

    3)

    Ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

    Top