Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TO0069

    Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-5 ta' Ottubru 2010.
    Provincie Groningen u Provincie Drenthe vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Rikors għal annullament - FEŻR - Deċiżjoni li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja u li tordna r-rimbors parzjali tas-somom imħallsa - Entità reġjonali - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbiltà.
    Kawża T-69/09.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2010:423





    Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2010 – Provincie Groningen u Provincie Drenthe vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-69/09)

    “Rikors għal annullament – FEŻR – Deċiżjoni li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja u li tordna r-rimbors parzjali tas-somom imħallsa – Entità reġjonali – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”

    Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Interess dirett - Kriterji - Deċiżjoni tal-Kummissjoni, indirizzata lil Stat Membru, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u li tordna r-rimbors parzjali tas-somom imħallsa - Rikors ippreżentat minn entitajiet reġjonali indikati bħala l-benefiċjarji ta’ din l-għajnuna - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 30-34, 37-39, 41, 42, 45, 53, 54)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 8355, tal-11 ta’ Diċembru 2008, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), mogħtija fuq il-bażi tad-Dokument ta’ programmar individwali Nru 97.07.13.003, li jaqa’ taħt l-Obbjettiv Nru 2, dwar ir-reġjuni ta’ Groninge u Drenthe (il-Pajjiżi l-Baxxi), skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (1997) 1362, tas-26 ta’ Mejju 1997.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Provincie Groningen u Provincie Drenthe huma kkundannati għall-ispejjeż.

    Top