Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0505

    Kawża T-505/09: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Diċembru 2009 — Carlyle vs UASI — Mascha & Regner Consulting (CAFE CARLYLE)

    ĠU C 51, 27.2.2010, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.2.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 51/36


    Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2009 — Carlyle vs UASI — Mascha & Regner Consulting (CAFE CARLYLE)

    (Kawża T-505/09)

    2010/C 51/70

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: The Carlyle, LLC (St. Louis, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: E. Cornu, E. De Gryse u D. Moreau, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mascha & Regner Consulting KEG (Vjenna, l-Awstrija))

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tat-8 ta’ Ottubru 2009, fil-Każ R 239/2009-4; u

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: It-trade mark verbali “CAFE CARLYLE”, għal servizzi fil-klassi 42

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Talba għal revoka miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Trade mark Komunitarja kkonċernata revokata

    Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 51(1)(a),tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell kien żbaljat meta interpreta b’mod wisq restrittiv il-kunċett ta’ użu ġenwin. Barra minn hekk, il-Bord tal-Appell naqas: (i) milli jieħu inkunsiderazzjoni kif inhu xieraq tal-provi tal-użu mressqa mir-rikorrenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni; (ii) milli jevalwa korrettament il-portata ta’ dawn il-provi tal-użu; u (iii) milli jagħmel evalwazzjoni sħiħa ta’ dan.


    Top