Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0279

    Kawża T-279/09: Rikors ippreżentat fid- 9 ta’ Lulju 2009 — Aiello vs UASI — Cantoni ITC (100 % Capri)

    ĠU C 220, 12.9.2009, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 220/39


    Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2009 — Aiello vs UASI — Cantoni ITC (100 % Capri)

    (Kawża T-279/09)

    2009/C 220/83

    Lingwa tar-rikors: It-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Antonino Aiello (Vico Equense, l-Italja) (rappreżentanti: M. Coccia, avvocato, L. Pardo, avvocato)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cantoni ITC SpA (Milan, l-Italja)

    Talbiet tar-rikorrent

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ April 2009, innotifikata permezz ta’ faks fl-14 ta’ Mejju 2009, mogħtija fil-proċediment R 1148/2008-1 bejn Antonio Aiello u Cantoni ITC S.p.A. u, bħala korrezzjoni, tiċħad l-oppożizzjoni B 856 163 għar-reġistrazzjoni tat-trade mark “100 % CAPRI” għal prodotti fil-klassi 3, 18 u 25 (Nru 003563848).

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti.

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva li tinkludi l-element numeriku verbali “100 % Capri”) (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3 563 848), għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25.

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: CANTONI L.T.C. S.p.A.

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark figurattiva Komunitarja (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 2 689 891) u nazzjonali li tinkludi l-element verbali “CAPRI” għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni miċħuda għall-prodotti inkwistjoni kollha

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

    Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja, kif ukoll l-Artikoli 50(1) u 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (sostitwit bir-Regolament Nru 207/2009).


    Top