Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0076

    Kawża T-76/09: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Frar 2009 – Mundipharma vs UASI– Asociación Farmaceuticos Mundi (FARMA MUNDI FARMACEUTICOS MUNDI)

    ĠU C 102, 1.5.2009, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.5.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 102/27


    Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2009 – Mundipharma vs UASI– Asociación Farmaceuticos Mundi (FARMA MUNDI FARMACEUTICOS MUNDI)

    (Kawża T-76/09)

    2009/C 102/41

    Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Mundipharma GmbH (Limburg (Lahn), il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Nielsen, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell: Asociación Farmaceuticos Mundi (Alfafar (Valencia), Spanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    Tirrevoka d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Inten (Trade marks u Disinni) tal-1 ta’ Diċembru 2008 fil-Każ R 852/2008-2; u

    Tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva “FARMA MUNDI FARMACEUTICOS MUNDI”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 35 u 39 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 841 136

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni Nru 4 304 622 tat-trade mark Komunitarja “mundi pharma” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5 u 44

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

    Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 inkwantu l-Bord tal-Appell ikkunsidra b’mod żbaljat li ma kienx hemm xebh bejn il-prodotti u/jew servizzi koperti mit-trade marks inkwistjoni


    Top