Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TJ0310

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (ir-Raba' Awla) tat-12 ta' April 2011.
    Fuller & Thaler Asset Management, Inc. vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji verbali BEHAVIOURAL INDEXING u BEHAVIOURAL INDEX - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru desrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.
    Każijiet T-310/09 u T-383/09.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2011:157





    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ April 2011 – Fuller & Thaler Asset Mangement vs UASI (BEHAVIOURAL INDEXING u BEHAVIOURAL INDEX)

    (Kawżi T-310/09 u T-383/09)

    “Trade mark Komunitarja – Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji verbali BEHAVIOURAL INDEXING u BEHAVIOURAL INDEX – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru desrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

    1.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 33, 44)

    2.                     Trade mark Komunitarja - Dispożizzjonijiet proċedurali - Eżami ex officio tal-fatti - Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(1)) (ara l-punti 49)

    Suġġett

    Fil-Kawża T‑310/09, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord Suprem tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ April 2009 (Każ R 323/2008-G), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BEHAVIOURAL INDEXING bħala trade mark Komunitarja u, fil-Kawża T‑383/09, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 138/2009-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BEHAVIOURAL INDEX bħala trade mark Komunitarja.

    Informazzjoni dwar il-kawża

    Applikant għat-trade mark Komunitarja:

    Fuller & Thaler Asset Management, Inc.

    Trade mark Komunitarja kkonċernata:

    Trade marks verbali BEHAVIOURAL INDEXING u BEHAVIOURAL INDEX għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 36 – Applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni Nri 5785456 u 5785092

    Deċiżjoni tal-eżaminatur:

    Reġistrazzjonijiet irrifjutati

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

    Appelli miċħuda


    Dispożittiv

    1)

    Il-Kawżi T‑310/09 u T‑383/09 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza.

    2)

    Ir-rikorsi huma miċħuda.

    3)

    Fuller & Thaler Asset Management, Inc. hija kkundannata, fil-Kawżi T‑310/09 u T‑383/09, sabiex tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

    Top