Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TJ0112

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-8 ta' Settembru 2010.
    Icebreaker Ltd vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali ICEBREAKER - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ICEBERG - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009].
    Kawża T-112/09.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2010:361





    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Settembru 2010 – Icebreaker vs UASI – Gilmar (ICEBREAKER)

    (Kawża T-112/09)

    “Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ICEBREAKER – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ICEBERG – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Rifjut parzjali tar-reġistrazzjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

    Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 22, 48)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Jannar 2009 (Każ R 1536/2007‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gilmar SpA u Icebreaker Ltd.

    Informazzjoni dwar il-kawża

    Applikant għat-trade mark Komunitarja:

    Icebreaker Ltd

    Trade mark Komunitarja kkonċernata:

    Trade mark verbali ICEBREAKER għal prodotti fil-klassijiet 9, 24 u 25 –Applikazzjoni Nru 3205523

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

    Gilmar SpA

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

    Trade mark verbali Taljana ICEBERG għal prodotti fil-klassi 25, reġistrazzjoni internazzjonali li tikkonċerna t-trade mark verbali ICEBERG għal prodotti fil-klassi 25, trade mark verbali Spanjola ICEBERG għal prodotti fil-klassi 25, trade mark verbali Taljana ICE għal prodotti fil-klassi 25, reġistrazzjoni internazzjonali li tikkonċerna t-trade mark verabli ICE għal prodotti fil-klassi 25

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

    Oppożizzjoni milqugħa parzjalment

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

    Appell miċħud


    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Icebreaker Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top