Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TB0219

    Kawżi T-219/09 u T-326/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 15 ta’ Diċembru 2010 — Albertini et u Donnelly vs Il-Parlament ( “Rikors għal annullament — Skema ta’ pensjoni supplementari tad-deputati fil-Parlament Ewropew — Emenda fl-iskema ta’ pensjoni supplementari — Att ta’ portata ġenerali — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà” )

    ĠU C 55, 19.2.2011, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.2.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 55/22


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2010 — Albertini et u Donnelly vs Il-Parlament

    (Kawżi T-219/09 u T-326/09) (1)

    (Rikors għal annullament - Skema ta’ pensjoni supplementari tad-deputati fil-Parlament Ewropew - Emenda fl-iskema ta’ pensjoni supplementari - Att ta’ portata ġenerali - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)

    2011/C 55/39

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Gabriele Albertini (Milan, L-Italja) kif ukoll it-62 membru jew ex membru tal-Parlament Ewropew li l-ismijiet tagħhom jinsabu annessi mad-digriet (Kawża T-219/09); u Brendan Donnelly (Londra, Ir-Renju Unit) (Kawża T-326/09) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment H. Krück, A. Pospíšilová Padowska u G. Corstens, sussegwentement N. Lorenz, A. Pospíšilová Padowska u G. Corstens, aġenti)

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew, tad-9 ta’ Marzu u tal-1 ta’ April 2009, li jemendaw l-iskema ta’ pensjoni supplementari (volontarja) li tinsab fl-Anness VIII tal-leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-ispejjeż u l-allowances tad-deputati fil-Parlament Ewropew.

    Dispożittiv

    (1)

    Il-Kawżi T-219/09 u T-326/09 għandhom jiġu magħquda għall-finijiet tad-digriet.

    (2)

    Ir-rikorsi għandhom jiġu miċħuda bħala inammissibbli.

    (3)

    Gabriele Albertini u t-62 rikorrent ieħor li jinsabu fl-anness, kif ukoll Brendan Donnelly, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Parlament Ewropew.


    (1)  ĠU C 205, 29.08.2009.


    Top