Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0491

    Kawża T-491/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 17 ta’ Ottubru 2012 — Spanja vs Il-Kummissjoni ( “FAEGG — Taqsima ‘Garanziji’ — Infiq eskluż mill-finanzjament — Primjums fis-settur tal-laħam tan-ngħaġ u tal-mogħoż — Kontrolli fuq il-post” )

    ĠU C 373, 1.12.2012, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 373/4


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2012 — Spanja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-491/09) (1)

    (FAEGG - Taqsima ‘Garanziji’ - Infiq eskluż mill-finanzjament - Primjums fis-settur tal-laħam tan-ngħaġ u tal-mogħoż - Kontrolli fuq il-post)

    2012/C 373/05

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: inizjalment M. Muñoz Pérez sussegwentement S. Martínez-Lage Sobredo u fl-aħħar nett A. Rubio González, abogados del Estado)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: F. Jimeno Fernández, aġent)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/721/KE, tal-24 ta’ Settembru 2009, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerta nefqa mġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (ĠU L 257, p. 28).

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 37, 13.02.2010.


    Top