Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0298

    Kawża T-298/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 20 ta’ Settembru 2011 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni ( Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja — Provvista ta’ servizzi esterni għal programmi edukattivi — Għoti ta’ kuntratt lil diversi offerenti — Klassifikazzjoni ta’ offerent — Rikors għal annullament — Obbligu ta’ motivazzjoni — Kawżi ta’ esklużjoni mill-parteċipazzjoni fil-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt — Artikolu 93(1)(f) tar-Regolament Finanzjarju — Perijodu ta’ validità tal-offerti — Responsabbiltà mhux kuntrattwali )

    ĠU C 319, 29.10.2011, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.10.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 319/16


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2011 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-298/09) (1)

    (Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja - Provvista ta’ servizzi esterni għal programmi edukattivi - Għoti ta’ kuntratt lil diversi offerenti - Klassifikazzjoni ta’ offerent - Rikors għal annullament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kawżi ta’ esklużjoni mill-parteċipazzjoni fil-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt - Artikolu 93(1)(f) tar-Regolament Finanzjarju - Perijodu ta’ validità tal-offerti - Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

    2011/C 319/31

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Bambara u E. Manhaeve, aġenti, assistiti minn P. Wytinck, avukati)

    Suġġett

    Minn naħa, talba għall-annullament taż-żewġ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, ikkomunikati permezz ta’ żewġ ittri distinti tat-12 ta’ Mejju 2009, li jikklassifikaw lir-rikorrenti, għall-offerti tagħha li ppreżentat b’risposta għas-sejħa għall-offerti pubbliċi EAC/01/2008 għall-provvista ta’ servizzi esterni ta’ programmi edukattivi (ESP-ISEP) (ĠU 2008/S 158-212752), għal-lott Nru 1 (Żvilupp u manutenzjoni tas-sistemi tal-informatika) kif ukoll għal-lott Nru 2 (Studji u testijiet tas-sistemi tal-informatika u servizzi ta’ taħriġ u ta’ assistenza konnessi), bħala t-tieni kontraenti għal kull wieħed minn dawn il-lottijiet u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 233, 26.09.2009.


    Top