Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0184

    Kawża T-184/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 24 ta’ Marzu 2011 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni ( “FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju — Organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur taz-zokkor — Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1663/95 u Artikolu 11(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 — Evalwazzjoni tar-riskju ta’ dannu finanzjarju għall-FAEGG — Prinċipju ta’ proporzjonalità” )

    ĠU C 145, 14.5.2011, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 145/26


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-184/09) (1)

    (FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur taz-zokkor - Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1663/95 u Artikolu 11(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 - Evalwazzjoni tar-riskju ta’ dannu finanzjarju għall-FAEGG - Prinċipju ta’ proporzjonalità)

    2011/C 145/42

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: V. Kontolaimos, E. Leftheriotou u V. Karra, aġenti)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Jimeno Fernández u A. Markoulli, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/253/KE, tad-19 ta’ Marzu 2009, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmula mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG), u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew dwar il-Garanzija (FAEG) (ĠU L 75, p. 15), sa fejn din teskludi ċertu nfiq magħmula mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur taz-zokkor.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 193, 15.08.2009.


    Top