Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0169

    Kawża T-169/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 25 ta’ Novembru 2010 — Vidieffe vs UASI — Ellis International Group (GOTHA) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GOTHA — Trade mark Komunitajra figurattiva preċedenti gotcha — Raġuni relattiva għal rifjut — Possibbiltà ta’ konfużjoni — Xebh bejn is-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/90 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) )

    ĠU C 30, 29.1.2011, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 30/37


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2010 — Vidieffe vs UASI — Ellis International Group (GOTHA)

    (Kawża T-169/09) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GOTHA - Trade mark Komunitajra figurattiva preċedenti gotcha - Raġuni relattiva għal rifjut - Possibbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/90 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

    2011/C 30/65

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Vidieffe Srl (Bologna, l-Italja) (rappreżentanti: M. Lamandini, D. De Pasquale u M. Pappalardo, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Perry Ellis International Group Holdings, Ltd (Nassau, il-Baħamas)

    Suġġett

    Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Frar 2009, (Każ R 657/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Perry Ellis Group Holdings, Ltd u Vidieffe Srl.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-12 ta’ Frar 2009 (Każ R 657/2008-1) hija annullata sa fejn tannulla d-deċiżjoni tal-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni sa fejn din tiċħad l-oppożizzjoni, minn naħa, għall-“prodotti tal-[ġilda u imitazzjonijiet tal-ġilda] (mhux inklużi fi klassijiet oħra); bagolli u bagalji; umbrelel, parasol, bsaten u bsaten tal-mixi” inklużi fil-klassi 18 u, min-naħa l-oħra, għall-prodotti kollha inklużi fil-klassi 25.

    (2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (3)

    L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawks sostnuti minn Vidieffe Srl.


    (1)  ĠU C 141, 20.06.2009.


    Top