Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0091

    Kawża T-91/09 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 1 ta’ Settembru 2010 — Skareby vs Il-Kummissjoni ( “Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Evalwazzjoni — Rapport tal-iżvilupp tal-karriera — Proċedura ta’ evalwazzjoni 2005 — Rapport simplifikat stabbilit għall-perijodu bejn Jannar u Settembru 2005 — Riproduzzjoni kompleta tal-evalwazzjonijiet li jidhru fir-rapport tal-iżvilupp tal-karriera 2004, parzjalment annullat sussegwentement fis-sentenza kkontestata” )

    ĠU C 288, 23.10.2010, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 288/38


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Settembru 2010 — Skareby vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-91/09 P) (1)

    (Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2005 - Rapport simplifikat stabbilit għall-perijodu bejn Jannar u Settembru 2005 - Riproduzzjoni kompleta tal-evalwazzjonijiet li jidhru fir-rapport tal-iżvilupp tal-karriera 2004, parzjalment annullat sussegwentement fis-sentenza kkontestata)

    (2010/C 288/73)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellanti: Carina Skareby (Louvain, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

    Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u J. Baquero Cruz, aġenti)

    Suġġett

    Appell ippreżentat mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla), tal-15 ta’ Diċembru 2008, Skareby vs Il-Kummissjoni, (F-34/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

    Dispożittiv

    (1)

    Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-15 ta’ Diċembru 2008, Skareby vs Il-Kummissjoni, (F-34/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) hija annullata sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħad l-ilment ibbażat fuq in-nuqqas tal-evalwazzjoni tar-rendiment ta’ C. Skareby għall-perijodu bejn Jannar u Settembru 2005.

    (2)

    Id-deċiżjoni tat-18 ta’ Lulju 2006 li tistabbilixxi r-rapport tal-iżvilupp tal-karriera ta’ C. Skareby għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2005 hija annullata, sa fejn tirrigwarda l-punt 6.1. intitolat “Rendiment”.

    (3)

    Il-kumplament tar-rikors ippreżentat quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku taħt in-numru ta’ riferenza F-34/07 huwa miċħud.

    (4)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż kollha relatati ma’ din l-istanza kif ukoll dawk sostnuti quddiem it-Tribunal tas-Servizz Pubbliku.


    (1)  ĠU C 102, 01.05.2009.


    Top