Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0033

    Kawża T-33/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 29 ta’ Marzu 2011 — Il-Portugall vs Il-Kummissjoni ( “Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Pagamenti ta’ penalità — Talba għal ħlas — Abrogazzjoni tal-leġiżlazzjoni kkontestata” )

    ĠU C 145, 14.5.2011, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 145/24


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2011 — Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-33/09) (1)

    (Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Pagamenti ta’ penalità - Talba għal ħlas - Abrogazzjoni tal-leġiżlazzjoni kkontestata)

    2011/C 145/39

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u J. A. De Oliveira, aġenti)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis, P. Guerra e Andrade u P. Costa de Oliveira, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 7419 finali, tal-25 ta’ Novembru 2008, li permezz tagħha l-Kummissjoni talbet il-pagament tal-penalitajiet dovuti skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-10 ta’ Jannar 2008, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (C-70/06, Ġabra p.I-1).

    Dispożittiv

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 7419 finali, tal-25 ta’ Novembru 2008, hija annullata.

    (2)

    Il Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 82, 4.4.2009.


    Top