Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0010(01)

    Kawża T-10/09 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 11 ta’ Diċembru 2014 – Formula One Licensing vs UASI– ESPN Sports Media (F1-LIVE) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva F1-LIVE — Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti F 1 u nazzjonali u internazzjonali verbali F 1 Formula 1 — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]” )

    ĠU C 46, 9.2.2015, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 46/41


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2014 – Formula One Licensing vs UASI– ESPN Sports Media (F1-LIVE)

    (Kawża T-10/09 RENV) (1)

    ((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva F1-LIVE - Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti F 1 u nazzjonali u internazzjonali verbali F 1 Formula 1 - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”))

    (2015/C 046/49)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Formula One Licensing BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: B. Klingberg u K. Sandberg, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: ESPN Sports Media Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: T. de Haan, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Ottubru 2008 (Każ R 7/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Racing-Live SAS u Formula One Licensing BV.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-16 ta’ Ottubru 2008 (Każ R 7/2008-1) hija annullata.

    2)

    L-UASI u l-ESPN Sports Media Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż sostnuti minn Formula One Licensing BV fil-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja, u għal dawk sostnuti minnha fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.


    (1)  ĠU C 55, 07.03.2009.


    Top