Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009FN0097

    Kawża F-97/09: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Novembru 2009 — Taillard vs Il-Parlament

    ĠU C 24, 30.1.2010, p. 81–81 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.1.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 24/81


    Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2009 — Taillard vs Il-Parlament

    (Kawża F-97/09)

    2010/C 24/156

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Christine Taillard (Thionville, Franza) (rappreżentanti: N. Camboine u C. Lelievre, avukati)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

    Minn naħa, l-annullament tad-deċizjoni li permezz tagħha l-Parlament Ewropew iddikjara bħala inammissibbli ċertifikat mediku li jiddikjara l-inkapaċità għax-xogħol tar-rikorrenti u d-deċiżjoni konsegwenti ta’ tnaqqis ta’ jiem ta’ leave. Min-naħa l-oħra, il-kumpens tad-dannu subit mir-rikorrenti.

    Talbiet tar-rikorrenti

    tiddikjara dan ir-rikors bħala ammissibbli;

    tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Jannar 2009 li tiddikjara bħala inammissibbli ċertifikat mediku li jiddikjara l-inkapaċità għax-xogħol u d-deċiżjoni konsegwenti ta’ tnaqqis ta’ jiem ta’ leave u, sa fejn ikun hemm bżonn, id-deċiżjoni konfermatorja tal-14 ta’ Awwissu 2009;

    tiddikjara lill-Parlament Ewropew responsabbli għad-dannu subit mir-rikorrenti, u għaldaqstant jalloka favur ir-rikorrenti l-ammont ta’ EUR 12 000 bħala kumpens għad-danni jew kwalunkwe somma ikbar li għandha tiġi stabbilita mill-Qorti tal-Prim’Istanza;

    tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.


    Top