Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009FN0075

    Kawża F-75/09: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Settembru 2009 — Wenig vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 267, 7.11.2009, p. 85–85 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 267/85


    Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2009 — Wenig vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-75/09)

    2009/C 267/155

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Fritz Harald Wenig (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: Georges-Albert Dal u Dominique Voillemot, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

    Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita li ċaħdet it-talba tar-rikorrent tat-23 ta’ Settembru 2008 għal għajuna mill-Kummissjoni Ewropea u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Kummissjoni Ewropea tal-14 ta’ Novembru 2008.

    Talbiet tar-rikorrent

    Tannulla d-deċiżjoni impliċita li ċaħdet it-talba għal għajuna tar-rikorrent tat-23 ta’ Settembru 2008 bil-għan li l-Kummissjoni Ewropea tassistih fil-kuntest tal-ksur tad-drittijiet tiegħu li huwa sofra minħabba l-pubblikazzjoni ta’ artiklu offensiv u malafamatorju ppublikat fis-7 ta’ Settembru 2008 fuq is-sit internet tal-gazzetta Ingliża Sunday Times u l-aġir illegali tal-awturi tiegħu;

    Jekk tkun ikkunsidrata bħala deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda tat-talba għal għajnuna mressqa mir-rikorrent, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Novembru 2008 sa fejn din tiċħad it-talba għal għajuna tar-rikorrent fil-kuntest tal-organizzazzjoni tal-“Worst Conflicts of Interest Award” li tefgħet dell ikrah fuqu u li attakat l-integrità tiegħu u l-preżunzjoni tal-innoċenza tiegħu;

    Tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tad-danni morali u finanzjarji tiegħu;

    Tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


    Top