EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009FN0014

Kawża F-14/09: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Frar 2009 – Almeida Campos et vs Il-Kunsill

ĠU C 90, 18.4.2009, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/40


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2009 – Almeida Campos et vs Il-Kunsill

(Kawża F-14/09)

2009/C 90/66

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ana Maria Almeida Campos (Brussell, il-Belġju) u oħrajn (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrenti ma jiġux promossi għal grad AD 12 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2008 u, sa fejn ikun meħtieġ, tad-deċiżjonijiet ta’ promozzjoni għal dan il-grad, fir-rigward tal-istess proċedura ta’ promozzjoni, tal-uffiċjali li isimhom huwa inkluż fil-lista tal-uffiċjali promossi ppubblikata fil-komunikazzjoni lill-persunal (CP) Nru 72/08 tal-21 ta’ April 2008.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-ħatra li r-rikorrenti ma jiġux promossi għall-grad AD 12 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2008 u, sa fejn ikun meħtieġ, id-deċiżjonijiet ta’ promozzjoni għal dan il-grad, fir-rigward tal-istess proċedura ta’ promozzjoni, tal-uffiċjali li isimhom huwa inkluż fil-lista tal-uffiċjali promossi ppubblikata fil-komunikazzjoni lill-persunal (CP) Nru 72/08 tal-21 ta’ April 2008;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.


Top